Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3015

 
TITLE L-Aspett Lessikali fil-Malti

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Il-kors jittratta s-sistema aspettwali tal-verbi Maltin u jinqasam fi tnejn. Fl-ewwel taqsima naraw kif il-verbi tal-Malti nistgħu niġbruhom f’ħames kategoriji lessikali skont it-tifsir li jħaddnu, il-morfoloġija u l-imġiba sintattika tagħhom.

Fid-dawl tal-osservazzjonijiet li nkunu ħriġna bihom fl-ewwel parti, fit-tieni taqsima nirrevedu wħud mill-intwizzjonijiet dwar l-aspett grammatikali li ġew diskussi minn Borg (1981, 1988), Fabri (1995) u Ebert (2000), biex ngħaqqdu kwadru kemm jista’ jkun komplut tal-aspett verbali fil-Malti bħala sistema waħda li tlaqqa’ l-aspett lessikali mal-aspett grammatikali.

Għanijiet tal-Kors:

Din it-taqsima-studju għandha l-għan li tispjega d-distinzjonijiet temporali u aspettwali tal-verbi Maltin; u turi li t-tifsir intrinsiku tal-verbi jaffettwa l-mod kif il-verbi jġibu ruħhom grammatikalment.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu kapaċi:
- jifhmu kif il-verbi tal-Malti jesprimu l-kunċett taż-żmien;
- jiddistingwu l-aspett mit-temp u l-aspett grammatikali mill-aspett lessikali;
- jagħrfu l-għana tas-sistema aspettwali (lessikali u grammatikali) fil-verbi tal-Malti.

2. Ħiliet:

Fi tmiem il-kors l-istudenti jkunu kapaċi janalizzaw it-temp u l-aspett tal-verbi tal-Malti u jispjegaw ir-regolaritajiet u l-irregolaritajiet fl-aspett grammatikali bis-saħħa tal-aspett lessikali fil-verbi.

Biblijografija:

- Borg, Albert. 1981. A Study of Aspect in Maltese. Ann Arbor: Karoma.
- Borg, Albert. 1988. Lsienna. Studju Grammatikali. Malta.
- Ebert, Karen. 2000. Aspect in Maltese. Dahl, Ölsen (ed.), Tense and Aspect in the Languages of Europe. Berlin: Mouton de Gruyter, 753-785.
- Fabri, Ray. 1995. The Tense and Aspect System of Maltese. Thieroff, Rolf (ed.), Tense Systems in European Languages. Tübingen: Niemeyer, 327-343.
- Olsen, Mari Broman. 1997. A Semantic and Pragmatic Model of Lexical and Grammatical Aspect. New York: Garland Press.
- Spagnol, Michael. 2009. Lexical and grammatical aspect in Maltese. Stolz, Thomas (ed.), Ilsienna. Bochum: Universitätsverlag Brockmeyer, 51-86.
- Vendler, Zeno. 1967. Verbs and Times. Linguistics in Philosophy. Itacha: Cornell University Press, 97-121.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Examination (1 Hour) Yes 100%

 
LECTURER/S Michael Spagnol

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit