Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3055

 
TITLE L-Estetika Maltija

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 4

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION L-Estetika Maltija mill-Bidu sal-Indipendenza

Il-kors jistħarreġ ix-xejriet estetiċi letterarji mfissra mill-kittieba Maltin tas-seklu 19 u tas-seklu 20 qabel l-Indipendenza. Il-prinċipji estetiċi ta’ kull kittieb jitqabblu ma’ kitbiet ta’ filosfi u awturi oħra barranin biex isibu posthom fil-kwadru wiesa’ Ewropew u jintrabtu mal-ħsibijiet imħaddna fi żmienhom jew qabilhom.

Wara daħla għall-istudju formali tal-estetika bħala dixxiplina filosofika li tistħarreġ is-Sabiħ fl-arti u fil-letteratura, il-kors juri l-iżvilupp fil-ħsieb ta’ kitbiet ta’ din ix-xorta misluta minn awturi Maltin tul storja li tista’ tinqasam f’żewġ perjodi: is-seklu 19 li jinkludi lil Ġan Anton Vassallo u Nicola Zammit fost oħrajn, u l-ewwel nofs tas-seklu 20 b’kittieba bħal Dun Karm, Karmenu Vassallo u Ġużè Aquilina bħala l-esponenti ewlenin tal-estetika Romantika.

L-Estetika Maltija ta’ wara l-Indipendenza

Dan il-kors jissokta jistħarreġ ix-xejriet estetiċi ewlenin li joħorġu mill-kitbiet ta’ awturi ta’ wara l-Indipendenza. Fl-isfond storiku tat-twaqqif tal-Moviment Qawmien Letterarju, il-kuxjenza għal kitba estetika żdiedet sew fil-ġurnali meta l-kittieba ġodda pprovaw ifittxu definizzjoni ġdida tal-poeżija Moderna f’konfront mal-poeżija tradizzjonali u ddiskutew is-sehem tal-letteratura fis-soċjetà. Mill-polemika letterarja fi tmiem is-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin jidher ċar li l-ideat estetiċi qabdu rotta oħra b’xi influwenzi importanti mill-kontinent. Matul dan iż-żmien taw sehemhom għadd kbir ta’ kittieba. Jitqies ukoll l-isfond postkolonjali li fih kienu qegħdin jiktbu.

Minn dan il-perjodu qasir iżda sinifikanti ħarġu kittieba Moderni li fissru ideat qodma b’teoriji ġodda u taw bidu għall-perjodu ġdid fl-istorja tal-estetika letterarja. Fost kunċetti oħra stħarrġu r-relazzjoni tal-arti mas-soċjetà u d-definizzjoni tal-poeżija Moderna u tal-poeta. Il-kors janalizza x-xogħlijiet ta’ D. Massa, M. Azzopardi, P. Serracino Inglott, O. Friggieri, L. Briffa u C. Attard.

Għanijiet tal-Kors

L-Estetika Maltija mill-Bidu sal-Indipendenza

- Li jkunu introdotti għal tagħrif bażiku dwar l-estetika letterarja b’mod speċjali għal kitbiet Maltin.
- Li jsiru jafu l-oriġini tal-kunċetti ewlenin fl-estetika u l-iżvilupp tagħhom matul epoki differenti.

L-Estetika Maltija ta’ wara l-Indipendenza

- Li javvanzaw fl-għarfien bażiku miksub fl-ewwel parti tal-kors.
- Li jagħmlu distinzjoni bejn teoriji estetiċi diversi.
- Li jżommu ruħhom aġġornati fil-qasam estetiku letterarju b’mod speċjali fix-xena lokali.

Kisbiet mit-Tagħlim

1. Tagħlim

L-Estetika Maltija mill-Bidu sal-Indipendenza

L-istudenti se jkunu kapaċi:

- jiksbu bażi soda ta’ wħud mill-kunċetti estetiċi applikati għal-letteratura.
- jifhmu estetikament il-proċess sħiħ ta’ xogħol letterarju fil-limiti spazjali u temporali tiegħu.
- ikunu kapaċi jiddistingwu bejn prinċipji estetiċi diversi applikati għall-kittieba Maltin.

L-Estetika Maltija ta’ wara l-Indipendenza

L-istudenti se jkunu kapaċi:

- jagħrfu l-iżvilupp fl-ideat estetiċi tal-kittieba Maltin fuq perjodu ta’ madwar erbgħin sena.
- jifhmu r-raġuni/jiet ta’ dan l-iżvilupp.
- jiksbu stampa sħiħa u aġġornata tal-kitbiet estetiċi letterarji Maltin f’dal-perjodu.

2. Ħiliet

L-Estetika Maltija mill-Bidu sal-Indipendenza

L-istudenti se jkunu kapaċi:

- japprezzaw l-aspett estetiku ta’ xogħol letterarju.
- janalizzaw estetikament xogħlijiet letterarji Maltin.
- iqabblu ideat estetiċi ta’ kittieba Maltin mal-istess ideat ta’ kittieba fil-kontinent.

L-Estetika Maltija ta’ wara l-Indipendenza

L-istudenti se jkunu kapaċi:

- jipparagunaw l-ideat estetiċi tal-Maltin mal-istess ideat barranin.
- janalizzaw b’mod kritiku l-ideat estetiċi Maltin.
- isibu kontinwità bejn dak li nkiteb f’Malta u l-kurrenti ewlenin Ewropej fl-estetika.

Biblijografija

L-Estetika Maltija mill-Bidu sal-Indipendenza

- ****[Test Primarju]**** Attard, J. (1997) L-Estetika Maltija – Antoloġija Kritika. Malta: Mireva Publications.
- ****[Test Primarju]**** Attard, J. (2011) Storja tal-Estetika Letterarja Maltija. Malta University Press.
- Friggieri, O. (1979) Storja tal-Letteratura Maltija. Malta: KKM.
- Friggieri, O. (1982) “Eżempji ta’ Estetika Romantika Maltija”, Hyphen 3: III.
- Friggieri, O. L’esperienza leopardiana di un poeta maltese: Karmenu Vassallo (off-print). Milazzo.
- Friggieri, O. (1989) Saggi sulla letteratura maltese. Malta: Malta University Publishers.
- Friggieri, O. (1978) La cultura italiana a Malta – storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm. Firenze: Olschki, L.S.
- Townsend, D. (1997) An Introduction to Aesthetics. Blackwell Publishers.
- Wimsatt, W.K. & Brooks, C. (1957) Literary Criticism - A short history (Kapitli 2, 5 u 18). Vintage Books.

L-Estetika Maltija ta’ wara l-Indipendenza

- ****[Test Primarju]**** Attard, J. (1997) L-Estetika Maltija – Antoloġija Kritika. Mireva Publications.
- Attard, J. (2004) “Il-Letteratura u s-Soċjetà - Studju dijakroniku tal-Ħsieb Estetiku Malti”. Fora Melitensia, Numru 1, Malta.
- ****[Test Primarju]**** Attard, J. (2011) Storja tal-Estetika Letterarja Maltija. Malta University Press.
- Friggieri, O. (1989) Saggi sulla letteratura maltese. Malta University Publications.
- Friggieri, O. (1990) “Il-Poeżija Maltija tat-Tieni Nofs tas-Seklu Għoxrin”, Hyphen VI:4.
- Friggieri, O. (1981) “Il-Poeti Moderni Maltin – tradizzjoni, żvantaġġ storiku u bidla mill-qiegħ”, Hyphen II:6.
- Sammut, F. (1982) “New Directions in Maltese Poetry”, Hyphen III:2.
- Serracino Inglott, P. (Spring 1978) “Maltese literature in the sixties”, Hyphen I:3.
- Sheppard, A. (1987) Aesthetics - An Introduction to the Philosophy of Art. Oxford University Press.
- Wimsatt, W.K. & Brooks, C. (1957) Literary Criticism - A short history (Kapitli 21, 22 u 26). Vintage Books.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Sept. Asst Session Weighting
Examination (2 Hours) Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit