Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL3090

 
TITLE It-Teatru Malti mill-Indipendenza sal-Kontemporanji

 
UM LEVEL 03 - Years 2, 3, 4 in Modular Undergraduate Course

 
MQF LEVEL 6

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din l-unità ta’ studju tiddiskuti l-iżviluppi li seħħew fit-teatru f’Malta mill-bidu tal-karriera teatrali ta’ Francis Ebejer mal-ftuħ mill-ġdid tat-Teatru Manoel fl-1960 sa żmienna, imma jiffoka fuq il-kitbiet bil-Malti li nħolqu biex jinħadmu fit-teatri Maltin mill-Indipendenza sal-lum. Għalhekk jiġu analizzati t-testi Maltin ewlenin tal-perijodu fid-dawl tal-kurrenti l-kbar tat-teatru Ewropew li influwenzawhom, kif ukoll il-kuntesti politiċi u soċjali, lokali u internazzjonali, li l-kittieba Maltin fittxew li jindirizzaw.

Għanijiet tal-Kors:

Li l-istudenti jiksbu sens kronoloġiku tal-iżvilupp teatrali f’Malta b’referenza għall-esponenti ewlenin tiegħu.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fi tmiem l-unità ta’ studju l-istudenti se jkunu kapaċi jikkuntrastaw u jikkumparaw stadji differenti fl-evoluzzjoni teatrali ta’ pajjiżna

2. Ħiliet:

Fi tmiem l-unità ta’ studju l-istudenti se jkunu kapaċi jevalwaw produzzjonijiet teatrali individwali fl-isfond tal-istorja tat-teatru Malti u jiktbu dwarhom b’lingwaġġ akkademiku xieraq

Testi Obbligatorji:

- Ebejer, F. (1970) “Boulevard” f’Id-Drammi ta’ Francis Ebejer II. Malta: Lux Press.
- Ebejer, F. (1997) Il-Ħadd fuq il-Bejt. Malta: KKM.
- Calleja, O. (1995) Erba’ Drammi. Malta: Merlin.
- Sant, A. (1994) “Fid-Dell tal-Katidral” f’Fid-Dell tal-Katidral u drammi oħra. Malta: PEG.
- Buttigieg, A. (2003) Ir-Rewwixta tal-Qassisin. Malta: Agius & Agius Ltd.
- Friggieri, J. (1998) Mid-Djarju ta’ Sara. Malta: Merlin Library.
- Friggieri. O, (1995) Rewwixta. Malta: Grima.

Bibljografija

- Shepherd. S, Studying Plays. Londra: Bloomsbury.

Qari ieħor jingħata permezz ta’ VLE.

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Sept. Asst Session Weighting
Assignment SEM1 Yes 100%

 
LECTURER/S Immanuel Mifsud

 

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the description above applies to study-units available during the academic year 2023/4. It may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit