Study-Unit Description

Study-Unit Description


CODE MAL5011

 
TITLE Il-Malti għall-Interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija (Maltese for Maltese Sign Language Interpreters)

 
LEVEL 05 - Postgraduate Modular Diploma or Degree Course

 
ECTS CREDITS 2

 
DEPARTMENT Maltese

 
DESCRIPTION Din it-taqsima-studju maħsuba biex issaħħaħ il-ħiliet komunikattivi u lingwistiċi fil-Malti tal-istudenti tal-interpretar tal-LSM. Lill-istudenti tħarriġhom fil-ħiliet speċifiċi għall-Malti mitkellem kif ukoll fis-sengħa ta-kitba, bis-saħħa ta' għadd ta' testi mislutin minn diskorsi, intervisti, u forom oħra ta' taħdit formali u informali.

Għanijiet tal-Kors:

L-għanijiet ta' din it-taqsima-studju huma li:
- tħarreġ lill-istudenti fil-komunikazzjoni orali tal-lingwa;
- tħarreġ lill-istudenti fis-sengħa tal-kitba bil-Malti;
- tgħarraf lill-istudenti bir-riżorsi miktubin u elettroniċi għat-tħaddim tajjeb tal-lingwa;
- tħarreġ lill-istudenti fl-ortografija Maltija.

Kisbiet mit-Tagħlim:

1. Tagħlim:

Fl-aħħar ta' din it-taqsima-studju l-istudent:
- isir konxju tad-differenzi komunikattivi li jeżistu bejn il-lingwa miktuba u mitkellma;
- jagħraf isarraf il-binjiet tal-LSM f'Malti miktub u mitħaddet mexxej
- isir konxju tar-riżorsi elettroniċi u ppubblikati bżonjużi għat-tħaddim tal-lingwa;
- jitgħallem il-prinċipji ewlenin li jsawru l-ortografija Maltija.

2. Ħiliet:

Fl-aħħar tat-taqsima-studju l-istudent:
- ikollu l-ħila jikkomunika effettivament kemm bil-kitba kif ukoll bil-fomm;
- ikun kapaċi juża r-riżorsi elettroniċi u ppubblikati fix-xogħol tiegħu;
- juża Malti mexxej meta jinterpreta mil-LSM;
- ikollu l-ħila jikteb il-Malti b'ortografija korretta.

Biblijografija:

Testi Ewlenin:
- Akkademja tal-Malti. (2004) Tagħrif fuq il-Kitba Maltija II. Malta: KKM.
- Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. (2008) Deċiżjonijiet 1. Malta: Kunsill tal-Malti.
- Mifsud, M. (1999) “Ir-Regoli tal-Kitba tal-Malti”. Il-MaltiLXXIII.
- Mifsud, M. & A. Borg (1997) Fuq l-Għatba tal-Malti, Strasburgu: Il-Kunsill tal-Ewropa.

 
ADDITIONAL NOTES Pre-requisite Qualifications: Livell ordinarju fil-Malti jew ċertifikazzjoni meqjusa ekwivalenti mid-Dipartiment tal-Malti

 
STUDY-UNIT TYPE Lecture

 
METHOD OF ASSESSMENT
Assessment Component/s Assessment Due Resit Availability Weighting
Oral Examination SEM1 Yes 40%
Classwork SEM1 No 60%

 
LECTURER/S

 
The University makes every effort to ensure that the published Courses Plans, Programmes of Study and Study-Unit information are complete and up-to-date at the time of publication. The University reserves the right to make changes in case errors are detected after publication.
The availability of optional units may be subject to timetabling constraints.
Units not attracting a sufficient number of registrations may be withdrawn without notice.
It should be noted that all the information in the study-unit description above applies to the academic year 2019/0, if study-unit is available during this academic year, and may be subject to change in subsequent years.

https://www.um.edu.mt/course/studyunit