Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1057
Title: Il-lingwaġġ tat-tfal : studju tat-taħdit ta’ tifla ta’ sitt snin
Authors: Bartolo, Dorianne
Keywords: Language acquisition -- Malta
Bilingualism in children -- Malta
Speech -- Children -- Malta
Issue Date: 2014
Abstract: Dan huwa studju dwar it-taħdit ta’ tifla Maltija ta’ sitt snin. L-istudju jinkludi t-taħlit bejn il-Malti u l-Ingliż fil-lingwaġġ tat-tifla. Barra minn hekk, janalizza l-ħakma li għandha t-tifla tal-partijiet tad-diskors f’dik li hi l-inflezzjoni tagħhom. L-istudju janalizza t-taħdit tat-tifla mal-ġenituri tagħha, ma’ ħuha tarbija, man-nanniet tagħha, ma’ tfal tamparha u l-kuġini u miegħi. Minn dan joħorġu d-differenzi jew ix-xebh fit-tip ta’ lingwaġġ li tuża t-tifla skont ma’ min tkun qed titkellem. It-tifla tagħmel għadd ta’ distinzjonijiet fit-taħdit tagħha u għalhekk l-analiżi ssir aktar interessanti u informattiva. Kemm il-kliem Malti kif ukoll dak Ingliż huma analizzati minħabba li t-tnejn li huma f’daqqa jsawru l-lingwaġġ ta’ din it-tifla. L-istudju se jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp li għandha t-tifla fil-Malti u xi epsressjonijiet li tuża li juru l-ħakma tajba li għandha fil-lingwa. Wara li jibdew joħorġu xi riżultati, importanti li dawn il-ħsibijiet u l-konklużjonijiet li jsiru jiġu mqabbla ma’ studju li għamlu studjużi barranin fuq il-lingwa u fuq it-tfal, kif ukoll ma’ ta’ studjużi Maltin li analizzaw aspetti differenti fl-għarfien tat-tfal. Minħabba li dan l-istudju jiffoka fuq tifla waħda biss u m’hemmx paragun ma’ xi tfal oħra, hemm il-ħtieġa li jiġi mqabbel jew ikkuntrastat ma’ xogħlijiet oħra li jagħtu ħarsa lejn individwi differenti u li x’aktarx saru b’sample akbar. Fejn ma jkunx hemm qbil trid tingħad raġuni u tiġi spjegata permezz ta’ eżempji konkreti. F’dan l-istudju l-eżempji konkreti mit-traskrizzjonijiet jew minn xi noti oħra huma ta’ ħtieġa għaliex permezz tagħhom l-analiżi tkun aktar ddettaljata u b’dan il-mod il-qarrej ikun jista’ jifhem aktar x’tip ta’ taħdit qed jintuża minn din it-tifla ta’ sitt snin.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1057
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL004.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0041.09 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.