Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24076
Title: Il-parlament Malti : kif beda, x'inhu u x'jaghmel
Authors: Frendo, Henry
Keywords: Representative government and representation -- Malta -- History
Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Malta -- History -- 1964-
Issue Date: 2012
Publisher: APS Bank
Citation: Frendo, H. (2012). Il-parlament Malti : kif beda, x'inhu u x'jaghmel. Malta: APS Bank.
Abstract: L-istudju ta kif jaħdem il-Parlament Malti huwa dirett lejn li jkabbar l-apprezzament tad-demokrazija parlamentari tagħna li hija fil-qalba tal-liberta u d-drittijiet tagħna bħala poplu u bħala ċittadini ta' Malta. Huwa pjaċir tiegħi li nara dan il-proġett li huwa tant għal qalbi jsir realta. F'għeluq id-90 sena mill-Parlament ta' Malta tal-1921 din il-pubblikazzjoni tagħti bidu għal tagħlim aktar dettaljat dwar il-Parlament ta' Malta bħala istituzzjoni distinta u separata mill-Gvern tal-ġurnata, u bħala dik l-istituzzjoni li fiha huma rappreżentati l-forzi politiċi kollha eletti mill-poplu f'elezzjonijiet ġenerali ħielsa u demokratiċi. Niftakru li f'elezzjoni ġenerali nissejħu lkoll biex neleġġu Parlament ġdid li minnu jiġi ffurmat Gvern immexxi minn Prim Ministru bħala dik il-persuna li jkollha l-appoġġ ta maġġoranza tad-deputati eletti mill-poplu. It-tisħiħ tal-istituzzjoni parlamentari jibda millapprezzament tal-importanza tagħha . Dan l-apprezzament ma jistax jibda jkun iffurmat jekk ma jkunx hemm ilkonoxxenza ta x'inhu u x'jagħmel il-Parlament u fejn huwa postu fil-bilanċ tal-poter kif imfassal mill-Kostituzzjoni. Dan l-ktieb ta' ħidma (workbook) dwar il-Parlament huwa studju dwar il-libertajiet u d-drittijiet tiegħek bħala ċittadin Malti jew Maltija. Għożżu bħalma tgħożż u tħares dejjem id-demokrazija u l-liberta; li ntrebħu b'tant sagrifiċċju u li jridu jkomplu jintrebħu kuljum bil-viġilanza ta' kull Malti u Maltija.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24076
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_Parlament Malti_Kif beda Xinhu u Xjagħmel.PDF31.3 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.