Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3932
Title: | Il-poeżiji ta' Juann Mamo |
Authors: | Vassallo, Annalise |
Keywords: | Maltese poetry -- 20th century Maltese literature -- 20th century Mamo, Gwann, 1886-1941 -- Criticism and interpretation |
Issue Date: | 2011 |
Abstract: | Fuq Juann Mamo u x-xogħol tiegħu inkitbu ftit artikli, xi teżijiet, u żewġ kotba. L-aktar li sibt utli fejn tidħol il-poeżija kienu l-kotba ta’ Oliver Friggieri, Ġwann Mamo: Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali u Francis Galea, Juan Mamo: Ħajtu u Ħilietu. Minn dawn iż-żewġ kotba, ħadt nota tax-xogħlijiet poetiċi li nstabu minn dawn iż-żewġ awturi u xi artikli li deherli li seta’ jkollhom x’jaqsmu malpoeżiji. Mamo kien jiffirma b’diversi modi u fil-ktieb tiegħu Galea jagħti dawn ilvarjetajiet: “Ġwann,” “Juan,” “Juann,” “John Baptist,” “Gio.Batta.Mamo,” “Johannes Battista,” “Yanni Momu” u “Hauuaga Yanni Momu,” li jien ħadt nota tagħhom għal meta ġejt biex infittex. Jekk hemm xi poeżiji ta’ Mamo ffirmati mod ieħor, ma nafx bihom. Fi żmien Mamo numru sostanzjali ta’ individwi li kienu jiktbu fil-gazzetti kienu jiktbu b’nom de plume għal raġunijiet primarjament politiċi: dan jidher b’mod speċjali fil-gazzetta Dr. Xecchec li hi miżgħuda b’kittieba li ma jiktbux isimhom propju, iżda jiffirmaw u jirreferu għalihom infushom u għall-oħrajn b’isem fittizju. Segwejt ukoll is-sensiela tar-radju “L-Amerka ta’ Mamo” li kienet ta’ siwi għall-kritika letterarja anki jekk il-programmi ma jittrattawx speċifikament il-poeżiji. Kienu taħditiet li tawni informazzjoni siewja u opinjonijiet ġodda mingħand individwi differenti, fosthom iż-żewġ uliedu, kemm dwar Mamo nnifsu, kif ukoll dwar l-isfond soċjopolitiku Malti u barrani li fih għex Mamo. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3932 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BAMAL033.pdf Restricted Access | 2.77 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.