Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4171
Title: Il-gazzetta satirika 'In-Nemes' (1870) fl-isfond storiku tas-seklu dsatax
Authors: Spiteri, Karen
Keywords: In-Nemes (Newspaper) -- History
Newspapers -- Maltese -- 19th century
Maltese literature -- 19th century
Issue Date: 2011
Abstract: F’dan ix-xogħol, qed jiġi mistħarreġ is-settur tal-gazzetti bikrija Maltin, b’mod partikolari l-gazzetta In-Nemes, li twaħħad flimkien l-aspett letterarju ma’ dak soċjali u kulturali. In-Nemes, bħal ħafna ġurnali oħra tas-seklu dsatax, ma kellhiex ħajja twila ħafna, iżda minkejja dan xorta kienet interessanti u tat il-kontribut umli tagħha għat-tiswir tal-letteratura Maltija kif ukoll lejn il-ħajja politika, billi pprovdiet bosta informazzjoni lill-qarrejja. Il-letteratura bikrija Maltija ma kinitx għanja daqs dik espressa b’ilsna oħra, iżda xorta waħda kellha s-siwi tagħha, għaliex mingħajr l-esperimenti bikrija ma setgħetx tinħoloq il-bażi għal espressjoni aktar raffinata. Il-politika kienet tikkostitwixxi ukoll aspett fundamentali ta’ din il-gazzetta, li kienet sikwit tikkritika jew tfaħħar il-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għallKunsill tal-Gvern. Il-letteratura, il-lingwa u l-ġrajjiet Maltin tas-seklu dsatax huma oqsma ta’ ċertu interess għaliex huma mera ta’ minn xiex għaddew il-Maltin ta’ dak iż-żmien u xhieda tas-sentimenti u l-ħajjiet tagħhom. Fil-fatt, wieħed mill għanjijiet tiegħi huwa li noħroġ aktar fid-deher il-ġrajjiet li seħħew f’dak il perjodu u r-riflessi letterarji u lingwistiċi tagħhom. Xtaqt ukoll insir iżjed midħla tal-gazzetti antiki għaliex, minħabba rrarita` tagħhom, huma sors ġenwin ta’ informazzjoni. Xi ftit mill-gazzetti li beħsibni nikkonsulta sabiex nipprofondixxi din ir-riċerka huma: Don Basilio, Il Corriere Mercantile Maltese u La Croce di Malta. L-għan aħħari ta’ din it-teżina hu li, fl-isfond tal-ġrajjiet tas-seklu dsatax, nanalizza l-kontenut u s-siwi tal-gazzetta In-Nemes. Dan ix-xogħol se jkun imqassam f’erba’ taqsimiet li huma: l-isfond storiku u l-gazzetti fis-seklu dsatax, il-ħajja soċjali u kulturali fis-seklu dsatax, l-aspett politiku f’In-Nemes u l-produzzjoni poetika, il-ħidma teatrali u In-Nemes. Il-ħsieb tiegħi huwa li nittrasforma l-informazzjoni li jiena niġbor matul ir-riċerka tiegħi f’xogħol informattiv li jista’ jkun ta’ fejda għas-soċjeta` kontemporanja tagħna. B’hekk, ikollna għarfien aktar dettaljat dwar il-ħidma tal-antenati tagħna, li tant ikkontribwew biex isawru u jsaħħu l-kultura, illetteratura, il-lingwa u l-identita` tagħna.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4171
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL031.pdf
  Restricted Access
2.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.