Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5359
Title: Personaggi storici fil-poezija Maltija
Authors: Mifsud, Kristen
Keywords: Xerri, Mikiel, 1737-1799
Karm, Dun, 1871-1961
Maltese poetry
Historical poetry, Maltese
La Vallette, Jean Parisot, 1494-1568
Mannarino, Gaetano, 1733-1814
Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829
Issue Date: 2012
Abstract: Għadd ta' raġunijiet ta' xeħta politika u kulturali jispjegaw għala l-istorja hi prominenti ħafna fl-espressjoni poetika Maltija. Mill-istħarriġ ta' dawn ir-raġunijiet tingħaraf il-poeżija Maltija bħala espressjoni ta' poplu skont ix-xejriet tipiċi tiegħu. Aspett importanti ta' dan it-trattament jolqot lill-personaġġi storiċi li l-glorja ta' pajjiżna tinsab fil-kobor ta' ħidmithom. Din it-teżi tistħarreġ kif il-poeżija Maltija waslet biex esprimiet il-bżonn li jingħarfu personaġġi ewlenin fl-istorja kemm politika kif ukoll kulturali, u li dawn jinbnew f‘figuri nazzjonali, mudelli ta' ħsieb u ta' azzjoni. B‘ħarsa ġenerali u sistematika lejn dawn il-ħames figuri storiċi ta' epoki differenti fil-poeżija Maltija, dan ix-xogħol janalizza l-modi kif valuri popolari ħadu forma ta' personaġġi, waqt li l-personaġġ laħħam fih innifsu valuri ta' poplu sħiħ. L-għan ta' din il-kitba huwa li jxerred kuxjenza nazzjonali favur il-ħidma ta' dawn il-personaġġi intellettwali, li mqanqla bl-ideal sod tagħhom, b'qawwa u b'rieda tal-azzar, minkejja x-xkiel li sabu ma' wiċċhom baqgħu jaħdmu sal-aħħar. Ħafna drabi l-konvenzjoni u l-imħabba mġarrba lejn l-ideal tagħhom wassluhom anki sal-għatba tal-martirju. Minkejja li għexu f'epoki differenti, il-ġrajjiet li għaddew minnhom jintrabtu flimkien bi spirtu nobbli u bi sforz kollettiv ta' sagrifiċċju, li mal-medda taż-żmien issarraf f‘aspett altruwistiku ta' ġieħ. Bis-saħħa tal-ħidma għaqlija ta' bosta poeti t-tifkiriet ta' dawn l-eroj inġabru u tbiddlu f‘suġġerimenti oriġinali miktuba poetikament sabiex il-qarrej jimita l-passi tagħhom u bħalhom iservi għall-ġid ta' pajjiżu. Il-personaġġi storiċi li tinkludi din it-teżi huma La Vallette, Dun Gejtan Mannarino, Dun Mikiel Xerri, Mikiel Anton Vassalli, u Dun Karm Psaila. Kull taqsima tibda‘ b‘bijografija qasira dwar il-personaġġ u tissokta b‘għadd ta' poeżiji magħżula minn kull żmien tal-letteratura Maltija li jillustraw aspetti diversi tal-personalità tal-personaġġ. Nittama li din it-teżi sservi ta' għajnuna sabiex jingħarfu l-passi kbar li għamlu dawn il-personaġġi, l-aktar fejn jidħol il-jedd li ssieltu għalih il-Maltin minn żmien imbiegħed, li jkunu huma li jiddeterminaw l-identità storika tagħhom.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5359
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL014.pdf
  Restricted Access
1.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.