Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5378
Title: Is-sengha tal-bini : studju lingwistiku
Authors: Sammut, Maria Kristina
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Building -- Malta
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2012
Abstract: Ħafna drabi meta nisimgħu bil-kelma bennej, moħħna jmur mal-ewwel għall-bniedem mhux b’livell għoli ta’ skola. Madankollu din il-mentalità tqarraq bina għax fil-verità s-sengħa tal-bini, kif jistqarr J.G. Borg stess fl-introduzzjoni tal-ktieb tiegħu, titlob kapaċità artistika u preċiżjoni kbira. Ix-xogħol ta’ missirijietna terġa’ kien iktar diffiċli għax it-teknoloġija kienet għadha lura u għalhekk ma kellhom kważi xejn li seta’ iħaffilhom, jirraffinalhom jew li jgħinhom f’xogħolhom; il-magni kienu jdejhom u moħħhom kien il-bir tal-kreattività. Permezz tat-teżina tiegħi nixtieq nikkonferma dan kollu barra li noħroġ ir-reġistru wiesa’ u rikk ta’ dan is-settur partikolari. L-ewwel kapitlu ta’ din it-teżina jagħti ħarsa ġenerali lejn is-suġġett tas-soċjolingwistika. Huwa suġġett vast u għalhekk se jispikkaw opinjonijiet differenti ta’ individwi differenti li għandhom interessi partikolari u diversi minn ta’ xulxin. Ħafna drabi nisimgħu termini bħal “varjabbli” u “varjanti” li għalkemm il-ħoss tagħhom ikun komdu għall-widna iżda fil-verità it-tifsira eżatta tagħhom ma nkunux nafuha. Għalhekk l-iskop ta’ dan il-kapitlu mhuwiex biss li jagħti sfond tal-aspetti preżenti fis-soċjolingwistika imma wkoll biex jinġabar kollox f’kuntest. M’hemm xejn li hu maqtugħ għalih waħdu, kollox katina u għalhekk jekk xi ħolqa titqaċċat, id-diskors jispiċċa mħabbel. Ngħidu aħna wieħed ma jistax ma jirreferix fost oħrajn għall-aspetti ta’ sess, ta’ edukazzjoni, ta’ età u ta’ lokalità meta jiġi biex jitkellem fuq il-kunċett ta’ reġistru. Kull fattur iġorr miegħu numru ta’ raġunijiet li jħallu impatt fuq is-suġġett. Dan kollu jiġi kkonfermat permezz tar-riċerka kwantitattiva u ta’ dik kwalitattiva. Il-ġebla mhijiex biss materjal solidu li biha nibnu imma warajha hemm storja u proċessi sħaħ. Għalhekk fit-tieni kapitlu ddeċidejt li nagħti deskrizzjoni kemm jista’ jkun qasira u dettaljata ta’ dan biex dak li jkun ikun jista’ japprezza iktar il-valur għoli li tħaddan din il- ġebla. Qsamt dan il-kapitlu fi tliet taqsimiet: a) l-ewwel taqsima tagħti ħarsa lejn l-evoluzzjoni tal-ġebla Maltija minn Żmien il-Preistorja sa Żmien l-Ingliżi, mill-għerien għal strutturi li huma eqreb lejn il-kunċett ta’ dar, b) it-tieni taqsima tiffoka fuq ix-xogħol li jsir fil-barrieri inklużi xi paraguni bejn il-metodi antiki u dawk moderni, ċ) u t-tielet taqsima tagħti deskrizzjoni ħafifa tad-dar tipika Maltija. Għalkemm illum ħafna mill-kmamar tal-antik, bħall-għorfa, m’għadhomx jidhru fid-djar moderni iżda huwa sabiħ li ma jinqerdux għax wara kollox huma aspetti li jibnu t-tradizzjoni Maltija.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5378
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL018.pdf
  Restricted Access
11.96 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.