Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5503
Title: Prietka f'gieh is-Santissimu Sagrament ta' Ignazio Saverio Mifsud integrata fid-dizzjunarju ta' Aquilina
Authors: Vassallo, Yanica
Keywords: Mifsud, Ignazio Saverio, 1722-1773 -- Sermons
Aquilina, Guze, 1911-1997
Sermons, Maltese
Encyclopedias and dictionaries, Maltese
Language and languages -- Religious aspects
Issue Date: 2012
Abstract: L-għan tat-teżi hu li tkompli ma' teżijiet oħrajn li saru: L-eqdem kliem bil-Malti ddokumentat fil-prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud, L-Integrazzjoni tal-prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud fil-parti Storika tad-dizzjunarju ta' Aquilina u Dizzjunarju storiku mibni fuq żewġ prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud, li saru lkoll fl-2011, biex aktar prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud ikunu integrati f'dizzjunarju. Dan qed isir biex 'il quddiem tgħin fl-aġġornament tal-parti storika tad-dizzjunarju ta' Aquilina b'hekk ikun jista' jkollu referenzi u kuntesti differenti milli għandu llum, forsi f'iktar dettall. Minbarra din ir-raġuni, din it-teżi saret biex fl-aħħar mill-aħħar noħroġ analiżi tal-kitba minn prietka bil-Malti tas-seklu 18 u nara d-differenzi morfoloġiċi, fonoloġiċi, sintattiċi u semantiċi. Minn dawn il-prietki aħna nistgħu nieħdu idea, fost aspetti oħra, tal-fonoloġija ta' dak iż-żmien, kif kienu jitkellmu ċerti kliem u kif ukoll kienu jinkitbu. Minnhom nistgħu ninnutaw xi fonemi li llum il-ġurnata m'għadhomx jeżistu fil-Malti u oħrajn li baqgħu. Tajjeb li nanalizzaw dawn il-prietki tas-seklu 18 biex noħolqu edizzjoni ġdida tad-dizzjunarju ta' Aquilina u kif ukoll biex nieħdu idea ċara ta' dak li kien jiġri fis-seklu 18 lingwistikament u forsi kulturalment, u jkollna iktar referenzi minn prietki qodma ta' valur lingwistiku.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5503
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL022.pdf
  Restricted Access
1.74 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.