OAR@UM Community:
Meta l-lingwa toħloq komunità
    <summary type="text">Title: Meta l-lingwa toħloq komunità
Abstract: Diskors fl-Okkażjoni tat-8 ta’ Settembru, 2026 mill-Prof. Adrian Grima, Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Id-diskors jenfasizza r-rwol tal-Malti fil-ħolqien ta’ komunità u identità nazzjonali. Prof. Grima jibda bi storja personali dwar in-nannu tiegħu matul it-Tieni Gwerra Dinjija biex juri kif il-lingwa torbot il-ġenerazzjonijiet. Hu jiddiskuti l-iżvilupp tal-Malti bħala lsien nazzjonali, l-isfidi soċjolingwistiċi tal-lum u jwissi dwar it-tnaqqis possibbli tal-ilsien nazzjonali  jekk il-Maltin ma jkomplux jużawh fid-dar. Jappella għal politika lingwistika serja, investiment fil-kontenut diġitali bil-Malti, u impenn nazzjonali biex il-Malti jibqa’ ħaj bħala lsien komuni li jgħaqqad lil kulħadd.; Speech on the occasion of the 8th of September, 2026, by Prof. Adrian Grima, Head of the Department of Maltese at the University of Malta.  The speech highlights the central role of the Maltese language in shaping community and national identity. Prof. Grima begins with a family story from World War II to illustrate how language connects generations. He discusses Maltese as a national language, the current sociolinguistic challenges and warns that Maltese may decline if not spoken consistently at home. He calls for a strong national language policy, investment in Maltese digital content, and collective responsibility to ensure Maltese remains a living, shared language that unites the nation.</summary>
Becoming Concetta Brincat
      <name>Grima, Adrian</name>
    <summary type="text">Title: Becoming Concetta Brincat
Authors: Grima, Adrian
Emperor Nero and his persecution of the Christians. [excerpt]</summary>
Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin
    <summary type="text">Title: Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin. Dan l-istudju ġie maħsub biex jagħti aktar għarfien dwar kif jintużaw il-forom tan-negattiv u kif ivarjaw fl-użu tagħhom minn persuna għal oħra. L-għan ewlieni huwa li nevalwa jekk il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età, il-ġeografija u l-livell ta’ edukazzjoni jurux korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv fit-taħdit. Sabiex inkun nista’ niġbor id-data neċessarja ħejjejt intervista strutturata. Il-qofol tal-intervista jinsab fit-tielet u r-raba’ taqsima li jinkludu sentenzi fl-affermattiv li t-80 parteċipant u parteċipanta minn 10 lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex intalbu jaqilbu għan-negattiv. Id-data miġbura ġiet analizzata permezz tal-SPSS u r-riżultati juru li ċerti forom tan-negattiv jintużaw b’mod aktar frekwenti minn gruppi partikolari ta’ kelliema. L-aktar varjabbli soċjolingwistiku li wera korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv kien il-varjabbli tal-ġeografija. Minn dan l-istudju nista’ nikkonkludi li, għalkemm il-maġġoranza tal-forom tan-negattiv huma stabbiliti sew fost il-kelliema tal-Malti, hemm xi wħud mill-forom li huma marbuta iżjed ma’ ċerti lokalitajiet partikolari.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)</summary>
Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta
    <summary type="text">Title: Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ żewġ snajja’: tal-legatura u tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta bl-għan li tinġabar it-terminoloġija speċjalizzata użata fil-prattika professjonali ta’ dawn l-oqsma u tiġi dokumentata f’xogħol wieħed. L-istudju huwa bbażat fuq riċerka kwalitattiva, b’mod partikolari intervisti ma’ erba’ legaturi u erba’ konservaturi li jaħdmu jew għandhom esperjenza diretta f’dawn is-snajja’ u li mingħandhom ħarġet id-data meħtieġa għall-glossarju strutturat u rappreżentattiv, li huwa l-qofol ta’ din it-teżina. Il-glossarju huwa organizzat f’kategoriji u sottokategoriji tematiċi sabiex jiġi ppreżentat b’mod sistematiku u jkun aċċessibbli. Dawn jinkludu l-istruttura tal-ktieb, it-tipi u l-karatteristiċi tal-karta, il-materjali u s-sustanzi użati, l-għodod u l-makkinarji, il-proċessi relatati mal-legatura u l-konservazzjoni, il-ħsara, l-ambjent u l-preservazzjoni, il-professjonijiet u finalment il-verbi u l-partiċipji passivi li jintużaw fis-snajja’. Fl-appendiċi ser ninkludi tabella bit-termini f’ordni alfabetika u n-numru tal-paġna tat-terminu. Dan l-istudju mhux biss jiġbor it-termini speċjalizzati, iżda jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-preservazzjoni ta’ għarfien lingwistiku marbut ma’ żewġ snajja’ tradizzjonali: is-sengħa tal-legatura, li llum qed tesperjenza tnaqqis fil-prattika tagħha, u s-sengħa tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta, li min-naħa l-oħra qed tingħata importanza speċjalment fl-Arkivji Notarili sabiex jiġu ppreservati dokumenti storiċi antiki. Il-glossarju jista’ jservi bħala referenza utli kemm għal skopijiet akkademiċi kif ukoll għal riċerka futura fil-qasam, ngħidu aħna, studju komparattiv li jidentifika liema termini baqgħu jintużaw, jekk daħlux termini ġodda jew intilfux xi termini.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)</summary>