OAR@UM Community:
It-trawma u l-korporalità fil-poeżija ta’ Doreen Micallef : il-potenzjal tal-lingwa poetika għas-sofferenza umana
Abstract: Din ir-riċerka teżamina l-poeżija ta’ Doreen Micallef fid-dawl tat-trawma, ilkonfessjoni u l-korporalità, bil-għan li turi kif il-kitba tagħha ma tirrappreżentax biss l-uġigħ, iżda tinkorporah fil-forma poetika nnifisha. Permezz ta’ qafas teoretiku dwar it-trawma bħala esperjenza multidimensjonali, it-teżi turi li t-trawma f’Micallef ma tistax tinftiehem bħala ġrajja psikoloġika iżolata, iżda bħala esperjenza li tmiss il-lingwa, il-ġisem, il-memorja, ilfidi u l-identità. Il-poeżija tagħha turi kif it-trawma tfixkel in-narrattiva lineari u tagħti lok għal forom frammentati, repetittivi u mimlijin skiet. Il-konfessjoni, min-naħa tagħha, tippermetti qari tal- “jien” liriku, mhux bħala trasparenza bijografika sempliċi, iżda bħala pożizzjoni poetika li tixhed mill-vulnerabbiltà. Fl-istess ħin, il-ġisem jidher bħala arkivju tat-trawma: spazju fejn ilferita, l-uġigħ, il-biża’ u l-memorja jinħażnu u jerġgħu jitfaċċaw fil-lingwa. Għalhekk, din it-teżi targumenta li l-qawwa tal-poeżija ta’ Micallef tinsab fil-mod kif mill-ksur tikkrea forma, mill-ġisem xhieda, u mil-lingwa frammentata mezz ta’ sopravivenza poetika.
L-immaniġġjar tal-lingwa fl-amministrazzjoni pubblika
Abstract: Malta ilha snin twal uffiċjalment bilingwi. Hekk insibu wkoll iddikjarat bil-miktub mill1849 fil-kostituzzjonijiet tagħha. Fl-aħħar snin, mal-Malti u l-Ingliż, żdiedet il-Lingwa tasSinjali Maltija bħala t-tielet lingwa uffiċjali. Dan ifisser li t-tliet ilsna għandhom jintużaw fil-ħajja pubblika, bħalma jistqarru wkoll liġijiet oħrajn. Jgħidu li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Il-mistoqsija li jagħmel dan listudju hi dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet legali humiex riflessi tabilħaqq fil-prattika. Jekk nagħtu ħarsa madwarna, il-Malti u l-Ingliż ikunu dejjem preżenti fil-karti uffiċjali li nirċievu? Huma viżibbli t-tnejn fit-tabelli pubbliċi, u jintużaw b’konsistenza fis-servizzi diġitali tad-dipartimenti tal-gvern? F’din it-teżi nistudjaw sewwasew dan. Bis-saħħa ta’ għadd ta’ intervisti ma’ uffiċjali għolja fl-amministrazzjoni pubblika (elite interviewing) naraw l-attitudnijiet u lperċezzjonijiet li għandhom dawn in-nies influwenti fiċ-ċivil fuq il-lingwi u nifhmu aħjar il-kultura u s-sitwazzjoni attwali tal-post tax-xogħol tagħhom fejn jidħol l-użu tal-lingwi uffiċjali fil-komunikazzjoni mal-pubbliku. L-istudju juri li hemm diversi fatturi li jinfluwenzaw l-użu taż-żewġ lingwi fil-pubbliku, bħall-ġrajjiet storiċi u l-qagħda ġeografika, fost l-oħrajn. Fih nistħarrġu l-profil lingwistiku ta’ Malta u ta’ tliet pajjiżi oħra, il-Lussemburgu, l-Iżlanda u l-Irlanda, biex minnhom nisiltu ideat ta’ x’direzzjoni politika tista’ tittieħed lokalment fil-prattika favur l-użu tal-bilingwiżmu bilanċjat fil-pubbliku.
Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin. Dan l-istudju ġie maħsub biex jagħti aktar għarfien dwar kif jintużaw il-forom tan-negattiv u kif ivarjaw fl-użu tagħhom minn persuna għal oħra. L-għan ewlieni huwa li nevalwa jekk il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età, il-ġeografija u l-livell ta’ edukazzjoni jurux korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv fit-taħdit. Sabiex inkun nista’ niġbor id-data neċessarja ħejjejt intervista strutturata. Il-qofol tal-intervista jinsab fit-tielet u r-raba’ taqsima li jinkludu sentenzi fl-affermattiv li t-80 parteċipant u parteċipanta minn 10 lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex intalbu jaqilbu għan-negattiv. Id-data miġbura ġiet analizzata permezz tal-SPSS u r-riżultati juru li ċerti forom tan-negattiv jintużaw b’mod aktar frekwenti minn gruppi partikolari ta’ kelliema. L-aktar varjabbli soċjolingwistiku li wera korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv kien il-varjabbli tal-ġeografija. Minn dan l-istudju nista’ nikkonkludi li, għalkemm il-maġġoranza tal-forom tan-negattiv huma stabbiliti sew fost il-kelliema tal-Malti, hemm xi wħud mill-forom li huma marbuta iżjed ma’ ċerti lokalitajiet partikolari.
Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ żewġ snajja’: tal-legatura u tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta bl-għan li tinġabar it-terminoloġija speċjalizzata użata fil-prattika professjonali ta’ dawn l-oqsma u tiġi dokumentata f’xogħol wieħed. L-istudju huwa bbażat fuq riċerka kwalitattiva, b’mod partikolari intervisti ma’ erba’ legaturi u erba’ konservaturi li jaħdmu jew għandhom esperjenza diretta f’dawn is-snajja’ u li mingħandhom ħarġet id-data meħtieġa għall-glossarju strutturat u rappreżentattiv, li huwa l-qofol ta’ din it-teżina. Il-glossarju huwa organizzat f’kategoriji u sottokategoriji tematiċi sabiex jiġi ppreżentat b’mod sistematiku u jkun aċċessibbli. Dawn jinkludu l-istruttura tal-ktieb, it-tipi u l-karatteristiċi tal-karta, il-materjali u s-sustanzi użati, l-għodod u l-makkinarji, il-proċessi relatati mal-legatura u l-konservazzjoni, il-ħsara, l-ambjent u l-preservazzjoni, il-professjonijiet u finalment il-verbi u l-partiċipji passivi li jintużaw fis-snajja’. Fl-appendiċi ser ninkludi tabella bit-termini f’ordni alfabetika u n-numru tal-paġna tat-terminu. Dan l-istudju mhux biss jiġbor it-termini speċjalizzati, iżda jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-preservazzjoni ta’ għarfien lingwistiku marbut ma’ żewġ snajja’ tradizzjonali: is-sengħa tal-legatura, li llum qed tesperjenza tnaqqis fil-prattika tagħha, u s-sengħa tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta, li min-naħa l-oħra qed tingħata importanza speċjalment fl-Arkivji Notarili sabiex jiġu ppreservati dokumenti storiċi antiki. Il-glossarju jista’ jservi bħala referenza utli kemm għal skopijiet akkademiċi kif ukoll għal riċerka futura fil-qasam, ngħidu aħna, studju komparattiv li jidentifika liema termini baqgħu jintużaw, jekk daħlux termini ġodda jew intilfux xi termini.