OAR@UM Collection:
Tletin sena ta’ ħidma : (1975-2005)
    <summary type="text">Title: Tletin sena ta’ ħidma : (1975-2005)
Abstract: L-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru taż-Żejtun taf il-bidu tagħha meta madwar l-1975 numru ta’ żgħażagħ li kien jiffrekwentaw il-knisja biex jarmaw l-armar tal-festa, kienu bdew jgħini lis-sagristan is-Sur John Abela fil-ġbir tal-flus peress li dak iż-żmien in-nar kien jinxtara kollu. Għalhekk dik is-sena beda jsir xi xogħol minn xi delettanti b’għajnuna ta’ xi anzjani mir-raħal stess u oħrajn li n-nar kien jinxtara minn għandhom.</summary>
Il-logħob tan-nar u l-Fratellanza tas-Sagrament
    <summary type="text">Title: Il-logħob tan-nar u l-Fratellanza tas-Sagrament
Abstract: Il-Fratellanza tas-Sagrament Imqaddes ġiet imwaqqfa fl-1575 meta prpoprju Mons. Pietru Dusina, il-Viżitatur Appostoliku. kien qiegħed iżur il-parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żejtun. Fost il-ħafna opri li ħalliet fiż-Żejtun din il-fratellanza, nsibu l-Oratorju tas-SS. mu Sagrament kif ukoll kien tat bidu għal festi u ċelebrazzjonijiet f’ġieħ Ġesu’ Sagramentat. Fil-festi ta Corpus Christi il-Fratellanza kienet bdiet tagħmel użu mill-isparar u logħob tan-nar.</summary>
Il-Gran Mastru De Rohan milqugħ fiż-Żejtun bl-isparar tal-murtali
    <summary type="text">Title: Il-Gran Mastru De Rohan milqugħ fiż-Żejtun bl-isparar tal-murtali
Abstract: Erba xhur biss wara l-għażla tiegħu bħala Gran Mastru, Emmanuele De Rohan, fl-1776, kien ġie fiż-Żejtun sabiex igawdi l-Purċissjoni ta’ San Girgor, li dak iż-żmien kienet issir fit-12 ta’ Marzu, u mhux l-Erbgħa ta’ wara l-Għid kif issir fi żmienna. Iż-Żwieten taw lis-Sultan tagħhom merħba kbira, fejn il-gallarija li minnha De Rohan kellu jara l-purċissjoni kienet mżejna bħal tron, filwaqt li fit-triq għal tul mhux ħażin tqegħdu fjuri artifiċjali u trofej. Intrama Ark Trijunfali ta’ kobor u ġmiel kbir li De Rohan għadda min taħtu sabiex mar dritt fil-villa fejn ġie milqugħ minn Ven. Sinjur Bali Fra D. Nicolas Abri Descallar. Ma naqasx li din iż-żjara tkun ċelebrata bil-logħob tan-nar.</summary>
Knejjes u devozzjonijiet f'ġieħ Santa Katarina V.M.
    <summary type="text">Title: Knejjes u devozzjonijiet f'ġieħ Santa Katarina V.M.
Abstract: Fost id-dinjitarji Ii waqqaf fil-gżejjer Maltin sa mis-sena 1090 meta ġie Malta l-Konti Ruġġieru, insibu dik tal-Kantur u l-artijiet relatati mal-Kantur fiż-Żejtun. Dawn huma magħrufa bħala,"Il-Prebenda ta' Santa Katarina"u fl-inventarju ta l-Isqof Senatore Di Mello, fl-1436, insibu Ii kien hawn diġa' għaxar parroċċi Ii tnejn minnhom, dik taż-Żejtun u dik taż-Żurrieq kienu ddedikati Iil Santa Katarina. Fl-1575, fil-vista ta’ Mons. Pietro Dusina li kien għamel fil-gżejjer Maltin, ħalla miktub kif kull nhar ta' Tnejn, ħafna Maltin kienu jmorru minn Malta kollha fil-knisja ta' Santa Katarina biex iwettqu l-wegħdi tagħhom. Mons Dusina sab bosta knejjes u kappelli li kienu ddedikati lil Santa Katarina. Fostom insibu dik fir-Rabat Malta msejħa "Tad-Dahla", f’B'Kara, knisja oħra li fl-1571 Santa Katarina kellha co patrun Iil Sant'Antnin. Fl-lmqabba kien hemm żewġ kappelli dedikati Iil San Pietru u Santa Katarina. Fil-Qrendi, fin naħa msejħa “Tat-Torba” nsibu li kien hemm knisja li meta nbniet l-ewwel darba kienet magħrufa bħala "Bieb iż-Żejtunija", ukoll insibu knisja dedikata Iil Santa Katarina. Fin-Naxxar insibu kappella ħelwa ddedikata Iil Santa Katarina fl-inħawi msejħa ta' "Wied il-Għasel", mibnija fl-1608Fil-limiti tal-Għargħur kien hemm knisja dedikata Iii Santa Katarina msejħa "Tax-Xwejki". Fit-triq ewlenija hekk kif tidħol il-Gudja fuq ix-xellug hemm knisja zgħira f'ġieħ Santa Katarina wkoll. Dik attwali nbniet fl-1661. F'Ħal Oormi nsibu oħra mibnija mill-ġdid fl-1696. Mons Dusina jsemmi knejjes oħra fosthom fis-Siġġiewi, fil-Mellieħa u l-Birgu u fir-raħal ta' Ħal Lew, Ii kien jiġi bejn iż-Żurrieq u l-Qrendi kien hemm knisja żgħira dedikata lil Santa Katarina. Fil-Belt Valletta nsibu knisja oħra magħrufa bħala Catarina d' Italia mibnija mill-Kavallieri ta' San Ġwann.". F’Għawdex, fl-inħawi magħrufa bħala ‘Ta' Cabeza", bejn Kerċem u Santa Lucia kien hemm ukoll knisja dedikata Iil Santa Katarina.</summary>