OAR@UM Collection:
Ġwanni l-Battista prekursur tal-Mulej (1)
    <summary type="text">Title: Ġwanni l-Battista prekursur tal-Mulej (1)
Abstract: San Luqa hekk jirrakkonta t-tħabbira tat-twelid ta’-Ġwanni l-Battista f ’1:5-25 - Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron. It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej. Ulied ma kellhomx, għax Eliżabetta ma setax ikollha, u t-tnejn kienu mdaħħlin fiż-żmien.</summary>
Ix-xbiha tal-ħżiem (Ġer 13, 1-11) (3)
    <summary type="text">Title: Ix-xbiha tal-ħżiem (Ġer 13, 1-11) (3)
Abstract: F’dan il-kapitlu toħroġ fid-deher ordni ieħor qawwi ta’ Alla lil Ġeremija, ordni marbut sħiħ ma’ sinjal simbolu. Hawn ukoll Alla waħdu amar lill-profeta x’għandu jagħmel imma wkoll fissirlu l-azzjoni li Ġeremija kellu jwettaq u jpoġġi fil-prattika: “Mur u ixtri ħżiem tal-għażel għal qaddek u dawru ma’ ġenbek bla ma xxarrbu bl-ilma” (Ġer 13, 2-3).</summary>
Ġrajjet San Pietru u San Pawl fir-rakkont tal-atti tal-appostli
    <summary type="text">Title: Ġrajjet San Pietru u San Pawl fir-rakkont tal-atti tal-appostli
Abstract: L-awtur tal-Atti tal-Appostli huwa San Luqa, l-awtur tat-tielet evanġelju. Din l-opra turi li l-awtur kien preżenti f ’xi mumenti tal-ġrajjiet u għalhekk l-awtur jilbes il-libsa ta’ ġurnalista mmexxi mill-Ispirtu s-Santu. Bħall-evanġelju, huwa kiteb bi grieg tajjeb ħafna jgħidulu, tal-‘Koine’. Dan Luqa, jidher f ’din l-opra bħala dixxiplu ta’ San Pawl u anke ta’ San Pietru. Din l-opra bħall-evanġelju, hija ddedikata lil wieħed ħabib kbir tiegħu aktarx ta’ klassi għolja jismu Teofilu (li jfisser: ‘dak li jħobb lil Alla’). Għalhekk l-Atti tal-Appostli huwa ndirizzat lill-insara kollha li jħobbu lil Alla.</summary>
L-Għerien-knejjes ta’ San Ġwann u l-viżitazzjoni f’Ain Karem
    <summary type="text">Title: L-Għerien-knejjes ta’ San Ġwann u l-viżitazzjoni f’Ain Karem
Abstract: Fl-Evanġelju tiegħu San Luqa jiddeskrivi kif Marija, wara li l-Arkanġlu Gabriel ħabbrilha t-twelid ta’ Ġesù u tgħarrfilha li qaribitha Eliżabetta kienet tqila, “qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet f ’belt tal-Lhudija, daħlet fid-dar ta’ Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta” (Lq 1,39-40).</summary>