OAR@UM Collection:
Katekeżi San Ġwann Battista – 2 baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Israel
    <summary type="text">Title: Katekeżi San Ġwann Battista – 2 baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Israel
Abstract: Hekk jikteb San Luqa (1:67-80) meta jistqarr li Żakkarija nfetaħlu fommu: “U Żakkarija, missieru, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid: ’Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Israel, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni, f ’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna. B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu, fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna: li jagħtina l-grazzja li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża’, bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha. U int, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-aktar Għoli, għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu u tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni permezz tal-maħfra ta’ dnubiethom, mogħtija mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa; u jdawwal lil min jinsab fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.’ It-tifel kiber u ssaħħaħ f ’ruħu, u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Israel.”</summary>
Editorjal : nerġgħu mmorru l-Art Imqaddsa
    <summary type="text">Title: Editorjal : nerġgħu mmorru l-Art Imqaddsa
Abstract: Fis-sit web uffiċjali tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa, www.custodia.org dehret l-aħbar sabiħa li issa hu possibbli li gruppi żgħar ta’ pellegrini jirritornaw fl-Art Imqaddsa, wara waqfa ta’ kważi sentejn. L-iStat ta’ Israel, li għandu regolamenti stretti ħafna dwar id-dħul ta’ barranin fil-pajjiż minħabba l-emerġenza Covid-19, issa jidher li beda jiftaħ bil-mod il-mod il-possibilità li jaslu turisti u pellegrini. Mhux biss, imma dan l-aħħar, qed jingħata wkoll il-permess li dawn iżuru postijiet ta’ interess kulturali u reliġjuż ukoll fil-Palestina, bħalma hi l-belt ta’ Betleħem.</summary>
Is-sejħa ta’ Ġeremija (4)
    <summary type="text">Title: Is-sejħa ta’ Ġeremija (4)
Abstract: Il-ktieb tal-profeta Ġeremija huwa mimli sinjali u simboli, li kollha kemm huma għandhom messaġġ qawwi xi iwasslu. Fost dawn hemm, għand il-ħanut tal-fuħħari (18,1-11), il-ġarra mkissra (19,1-15); il-ħżiem mherri (13,1-11), id-dlam u d-dawl (13, 15-17), u n-nuffara f ’għalqa ħjar (11,5) u l-bqija. Din il-għana ta’ simboli tgħin lill-qarrej biex jifhem aktar il-ktieb u l-messaġġ reliġjuż ta’ dan il-profeta, bniedem li tant ġarrab tbatija, ċaħda, swat u eżilju!</summary>
Il-liżar ta’ Turin : xhieda awtentika tal-passjoni, tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu
    <summary type="text">Title: Il-liżar ta’ Turin : xhieda awtentika tal-passjoni, tal-mewt u l-qawmien ta’ Kristu
Abstract: Il-liżar ta’ Kristu li jinsab ġewwa Turin, hu magħmul minn ħajt tal-għażel (Z-spun) u fih 4.42 metri tul b’wisa’ ta’ 1.13 metru, b’dimensjoni ta’ 5 metri kwadri u jizen 2.45 kg. Il-liżar (bl-Ebrajk sovev jew takrikim; bil-Grieg sindon u bit-Taljan sindone) għandu l-immaġni ta’ Kristu mejjet wara l-Passjoni u l-mewt tas-Salib. Il-liżar kien sofra xi danni minn ħruq ta’ qtar tal-fidda maħlula, fejn kien jinsab ġewwa Chambery fi Franza fl-1532. Huwa l-liżar li kebbew fih il-ġisem ta’ Ġesù minn fuq is-Salib fil-ġurnata ta’ lejlet is-Sibt sabiex ipoġġuh fil-qabar. Huwa jinsab fil-Katidral ta’ Turin fejn bejn il-lejl tal-11 u tat-12 t’April tal-1997 il-Katidral ġarrab xi nirien imma l-liżar ġie salvat mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili. L-ewwel ritratt li n-negattiva rriżultat f ’imaġni pożittiva saret fl-1898 minn Secondo Pia. Qabel ma l-liżar wasal f ’Lirey huwa kien qabel ġewwa Kostantinopli fejn il-Patrijarka Ġermanu kien kiteb il-Kanoni għall-Festa tal-Liżar Qaddis.</summary>