OAR@UM Collection:
Jinstab banju ritwali Lhudi fl-iskavi taħt il-Ġetsemani
    <summary type="text">Title: Jinstab banju ritwali Lhudi fl-iskavi taħt il-Ġetsemani
Abstract: Dan l-aħħar għadu kif instab banju ritwali Lhudi (Mikveh) li jmur lura għall-perjodu tat-Tieni Tempju, fiż-żona taħt l-Għolja taż-Żebbuġ qrib il-Bażilika tal-Agunija tal-Ġetsemani. Is-sejba saret minn arkeoloġi Israeljani u Franġiskani waqt it-tħaffir ta’ mina li saret taħt it-triq biex tniffed il-Bażilika mal-Wied tal-Kedron li hemm biswitha, bl-iskop li l-pellegrini jkunu jistgħu wkoll jaqsmu biex jitolbu fil-wied, li hu proprjetà tal-Franġiskani li jħarsu l-Kustodja tal-Art Imqaddsa.</summary>
Ħjiel ta’ ġografija Biblika (II)
    <summary type="text">Title: Ħjiel ta’ ġografija Biblika (II)
Abstract: It-toroq fiż-żona tal-Palestina u madwar dejjem tqiesu importanti ħafna għaliex kienu l-arterji kummerċjali li jagħtu l-ħajja, minbarra li spiss kienu għodda tajba għall-ħakkiem barrani biex jaħkem fuq il-popli li kienu jgħixu f ’din l-art. Il-ġografija tal-art offriet mogħdijiet u toroq li ftit li xejn tbiddlu matul is-sekli u li mmarkaw liema kellhom ikunu ż-żoni abitati jew le. Fil-Palestina nsibu tliet tipi ta’ rotot: it-toroq internazzjonali li wrew bid-deher kemm din l-art serviet bħala pont, it-toroq interni u l-mogħdijiet.</summary>
Il-ġarra mkissra (Ġer 19). (2)
    <summary type="text">Title: Il-ġarra mkissra (Ġer 19). (2)
Abstract: Fil-kapitlu dsatax tal-ktieb ta’ Ġeremija niltaqgħu ma’ xena oħra u li l-bidu tagħha, mela l-aġent, huwa wkoll Alla omnipotenti. Għalhekk dan Alla jamar lil Ġeremija biex imur jixtri ġarra, isejjaħ numru ta’ personalitajiet minn Israel fosthom anzjani biex quddiemhom biswit il-Bieb ix-Xaqquf ikisser il-ġarra li jkun xtara. Dan il-ġest li kien obbligat jagħmel Ġeremija ġie segwit minn kliem aħrax u iebes ta’ tifsir. “Hekk għad inkisser dan il-poplu ta’ din il-belt bħalma titkisser ġarra tal-fuħħar, bla ma tkun tista tissewwa’” (Ġer 19,11).</summary>
Sliem għalik Marija Immakulata
    <summary type="text">Title: Sliem għalik Marija Immakulata
Abstract: L-Immakulata mimlija bil-Grazzja quddiem Alla Alla permezz tal-anġlu Gabrijel ikellem lill-Madonna u jindirizzaha bħala dik li hija ‘mimlija bil-grazzja’. Il-kelma Griega għall-grazzja hija charis, waqt li dik Ebrajka hija hanan, termini li jfissru wkoll ‘favur quddiem Alla’. Il-Bibbja turina kontinwament dan il-kobor tal-Madonna bħala l-qaddejja ta’ Alla mimlija bil-grazzja. Din l-istorja ta’ imħabba hija inizzjattiva ta’ Alla li jitfa’ l-ħarsa tiegħu fuq din il-kreatura ‘grazzjuża’. Sa mill-eternità Alla għażel biex tkun Omm Ibnu, waħda minn ulied Israel, tfajla Lhudija minn Nazaret tal-Galilija, “... xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Din ix-xebba kien jisimha Marija.” (Lq 1:26-27).</summary>