OAR@UM Community:
Riċerkaturi (2021) – Ħarġa 3
      <name>Spagnol, Michael</name>
    <summary type="text">Title: Riċerkaturi (2021) – Ħarġa 3
Authors: Spagnol, Michael
Abstract: Jekk noftqu l-kelma riċerka nsibu l-verb Taljan cercare ‘tfittex’, marbut mal-Latin circare ‘iddur madwar’. Il-prefiss ri- jsaħħaħ l-idea, jesprimi l-intensità u l-perseveranza fit-tiftix, ix-xewqa li minn hemm jew minn hawn jirnexxilna nikxfu, niskopru, insibu. Mela, skont nisilha, tirriċerka tfisser iddur dawramejt ma’ xi suġġett. Tiddawwar biex ma tiddawwarx, ma ddumx ma tikseb ir-riżultati. Tagħqad, mhux fil-vojt. Anzi, tingħalaq f’ċirku ħalli l-isforzi tat-tiftix tkun tista’ tinkanalahom fih u l-għanijiet tilħaqhom bla wisq telf ta’ żmien u enerġija. F’idejk għandek l-isforzi ta’ sitt riċerkaturi żgħażagħ li daru madwar għadd ta’ temi lingwistiċi u letterarji. Chappell jesplora l-kunċett tal-universalità filletteratura li jinsab fil-qalba tat-teorija letterarja ta' Oliver Friggieri, waqt li Agius tiddiskuti l-istorja u l-karatteristiċi tal-lirika fil-poeżija. L-artikli l-oħrajn jaqbdu mal-varjazzjoni fil-lingwa minn angoli differenti. Baldacchino jippreżenta studju soċjolingwistiku dwar it-taħlit tal-Malti u l-Ingliż fittaħdit. Bezzina janalizza l-allomorfija, il-varjazzjoni morfofonetika, f’kategorija nominali. L-aħħar tnejn jiffukaw fuq id-djaletti: Camilleri tiddeskrivi s-sistema fonoloġika tal-Imġarri mentri Cutajar tistħarreġ id-differenzi lessikali f’erba’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin. Niddedikaw din il-ħarġa lil seħibna Oliver Friggieri li ħalliena fil-21 ta’ Novembru 2020.</summary>
Il-lirika fil-poeżija
      <name>Agius, Maria</name>
    <summary type="text">Title: Il-lirika fil-poeżija
Authors: Agius, Maria
Abstract: Il-poeżija lirika għandha storja twila fil-Punent. Skont Allen Grossman, “lyric is the most continuously practiced of all poetic kinds in the history of Western representation” (The Sighted Singer 211). Dan l-istudju jistħarreġ il-karatteristiċi tal-poeżija lirika, b’mod speċjali fid-dawl ta’ dak li jikteb Jonathan Culler fil-ktieb tiegħu Theory of the Lyric. Imbagħad, permezz ta’ analiżi letterarja, nara jekk dawn il-karatteristiċi jinstabux f’għadd ta’ poeżiji rappreżentattivi ta’ Oliver Friggieri. Filwaqt li fit-teżina hemm żewġ kapitli li fihom ninqeda b’din it-teorija tal-lirika biex nanalizza għadd ta’ poeżiji rappreżentattivi ta’ Oliver Friggieri, hawnhekk se nikkonċentra fuq in-natura u l-istorja tal-lirika.</summary>
Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat
      <name>Baldacchino, Franklyn</name>
    <summary type="text">Title: Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat
Authors: Baldacchino, Franklyn
Abstract: F’dan l-artiklu nistħarreġ diversi kunċetti lingwistiċi, pereżempju, il-prinċipju tal-qlib tal-kodiċi, il-Malti Kontemporanju u kif dan tal-aħħar huwa distint mill-Malti Ingliż Imħallat. Nanalizza d-diskors li jingħad fuq xi programmi televiżivi permezz talkwestjonarju li tajt lil diversi informanti skont varjabbli soċjolingwistiċi differenti: is-sess, l-età u l-livell edukattiv.</summary>
L-allomorfija fil-Malti
      <name>Bezzina, Raffaello</name>
    <summary type="text">Title: L-allomorfija fil-Malti
Authors: Bezzina, Raffaello
Abstract: F’dan l-artiklu nittratta l-allomorfija fil-Malti b’referenza partikolari għall-imtenni. Wara li nintroduċi aspetti ġenerali tal-allomorfija u l-kundizzjonamenti tagħha, niddiskuti t-tipi differenti ta’ varjazzjoni fiz-zokk u fis-suffiss li nsibu fil-Malti fil-kategorija tal-imtenni.</summary>