OAR@UM Collection:
L-illokuzzjoni u l-perlokuzzjoni fil-poeżija ta’ Nadia Mifsud
Abstract: L-istudju tal-lingwa jirrikjedi sforz multidimensjonali, b’ħarsa lejn firxa wiesgħa ta’ perspettivi u teoriji li jfittxu li jifhmu l-modi sofistikati li bihom il-bnedmin jikkomunikaw. Fost dawn it-teoriji, dik tal-atti tad-diskors, żviluppata minn J.L. Austin u John Searle, b’kontribut seminali fil-qasam tal-prammatika, toffri qafas sabiex wieħed josserva aħjar kif jiffunzjonaw it-tlissiniet mhux biss biex jikkomunikaw l-informazzjoni, iżda aktar u aktar biex iwettqu l-azzjonijiet impliċiti tagħhom. Ix-xogħlijiet fundamentali ta’ Austin u Searle, How to Do Things with Words u Speech Acts: An Essay in the Philosophy of Language, jipprovdi struttura metodika għal għarfien profond dwar l-aspetti performattivi tal-lingwa, filwaqt li jistabilixxu d-distinzjoni bejn l-atti lokutorji, illokutorji u perlokutorji. Minkejja l-applikabbiltà wiesgħa tat-teorija tal-atti tad-diskors f'diversi oqsma komunikattivi, Austin u Searle kellhom atteġġjament xettiku rigward l-applikazzjoni tagħha għall-poeżija u l-benefiċċji operattivi tal-idjoma poetika, meqjusa minnhom bħala imitattiva, għax tiffoka aktar fuq ir-rappreżentazzjoni indiretta, aktar milli fuq it-twettiq dirett, tad-diskors. Din il-fehma tassumi li l-poeżija, bl-għanijiet estetiċi u evokattivi tagħha, ma twettaqx atti ta’ diskors bl-istess mod dirett bħal-lingwa ta’ kuljum. Madankollu, din il-pożizzjoni tiftaħ spazju għal dibattitu li jisfida l-konfini tradizzjonali stabbiliti mill-proponenti ewlenin ta’ din it-teorija. Din it-teżi tidħol f’dan l-ambitu argumentattiv kemm permezz ta’ riċerka vasta fix-xogħlijiet tal-proponenti nnifishom, kif ukoll bi stħarriġ f’teoristi oħra sekondarji li ħaddmu t-teoriji tagħhom b’suċċess fil-letteratura. Il-potenzjal biex it-teorija tal-att tad-diskors tibda titfa’ dawl fuq id-dimensjonijiet ġodda tad-diskors poetiku Malti huwa kbir. L-applikazzjoni ta’ din it-teorija għall- poeżija tippreżenta paradoss intrigranti għaliex, filwaqt li l-qafas teoretiku ta’ Austin u Searle jiddubita l-valur performattiv tal-poeżija, il-lirika kontemporanja frekwentament iċċajpar il-fruntieri bejn ir-rappreżentazzjoni u l-azzjoni, u b’hekk twassal għal rivalutazzjoni ta’ din il-perspettiva: . Għan prinċipali ta’ din it-teżi huwa li tindaga dan il-paradoss fil-profondità tiegħu, b’analiżi kritika tal-poeżija ta’ Nadia Mifsud. B’għadd ta’ eżempji relavanti analizzat, se jintwera kif fil-poeżija tagħha jseħħu sfumaturi tal-atti tad-diskors li jwettqu funzjonijiet aktar sottili, evokattivi, u rraffinati mill-illokuzzjoni tal-wiċċ, effetti illokutorji xejn inqas qawwija fl-operazzjoni tagħhom mill-eżempji analizzati minn Austin u Searle. Minkejja li fl-isfera internazzjonali din l-amalgamazzjoni ta’ teorija prammatika ma’ xogħlijiet letterarji ġiet mistħarrġa, minn studjużi bħal Barrie Ruth Straus, Gregory Currie, u Ted Cohen fost oħrajn, din l-applikazzjoni speċjalizzata ftit li xejn ġiet irriċerkata fil-lingwa Maltija. Il-lirika ta’ Mifsud, sikwit ikkaratterizzata mill-innovazzjoni lingwistika, figurattiva, u performattiva fl-istess stqarrija, tipprovdi n-nisġa ideali għall-investigazzjoni ta’ kif l-atti diskursivi joperaw kollettivament fil-poeżija. Il-kapitli analitiċi, mit-tielet sal-ħames wieħed, għandhom l-iskop juru l-lingwaġġ poetiku ta’ Mifsud bħala wetqa waħda konġunta ta’ atti illokutorji, reazzjonijiet perlokutorji evokati fis-semmiegħa u l-qarrejja, u timriħ suġġestiv lil hinn mill-funzjoni sempliċiment mimetika. Minkejja li l-metodoloġija tradizzjonali stabbilita mill-proponenti ewlenin tal-atti tad-diskors tixħet enfasi qawwija fuq il-kuntest bħala fattur ewlieni fil-wetqa tal-att illokutorju, b’konċentrazzjoni fuq l-użu deittiku tal-kliem u mingħajr dipendenza fuq it-tifsira astratta, din it-teżi ser tagħti sinifikat speċjali lit-terminu “kuntest”: sitwazzjoni poetikament partikulari li tagħti lill-funzjonijiet diskursivi valur performattiv ġdid, daqqiet espliċitu u drabi oħra impliċitu, speċjalment fejn il-funzjonijiet lirikament innovattivi tad-diskors jaħbtu u jinteraġixxu flimkien. Għalhekk, l-att illokutorju jew perlolutorju kkuntestwalizzat poetikament se jkun il-konċentrazzjoni ewlenija ta’ din ir-riċerka, b’metodoloġija aġġustata għall-qawwa inferenzjali u suġġestiva tal-użu liriku tal-kliem [...]
It-terminoloġija Maltija lejn ġabra ta’ riżorsi terminoloġiċi bil-Malti
Abstract: L-għan ta’ dan ix-xogħol huwa li tinbena għall-ewwel darba mappa waħda li tgħaqqad flimkien tant riżorsi terminoloġiċi bil-Malti li diġà jeżistu, imma li nħadmu b’għanijiet u metodi differenti, matul ħafna snin. Jibda b’ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ewlenin li żviluppaw it-terminoloġija internazzjonali minn qasam tad-dilettanti għal dixxiplina organizzata u studjata mill-professjonisti. Isegwi bl-iżvilupp tat-terminoloġija Maltija billi jitfa’ dawl fuq xi ħidmiet – lokali u lil hinn – li nħadmu bi lsienna minn individwi u minn oħrajn li saru, jew għadhom isiru, fi gruppi. Din il-parti teoretika hija kkonsolidata minn erba’ intervisti informali ma’ ħames esperti ta’ dan il-qasam lingwistiku applikattiv Malti. Wara li janalizza l-unità terminoloġika Maltija, b’enfasi fuq l-aspetti kunċettwali u formali tat-terminu, ix-xogħol ikompli jirreferi għall-proċessi metodoloġiċi li ħaddem matulu, b’mod speċjali fil-bini tal-ġabra. Isiru wkoll xi osservazzjonijiet deskrittivi li jillustraw ir-realtà preżenti tat-terminoloġija Maltija bl-iskop li jqanqlu iżjed studju sistematiku. Jagħlaq b’rappreżentazzjoni kompilatorja tal-inventarju, maqsum f’sitt infrastrutturi differenti u mmaturat f’perjodu ta’ tliet snin, b’tali mod li jista’ jittella’ fuq il-mezzi elettroniċi moderni sabiex ikun iżjed aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-ġrajja tal-Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti (1920) : sfidi u soluzzjonijiet
Abstract: F’dan l-istudju qed nirrakkonta u nirrifletti fuq l-istorja tal-ewwel Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti, li tidħol kexxun fil-proċess soċjolingwistiku li Joshua A. Fishman isejjaħlu 'first congress' (l-Ewwel Kungress). Peress li dan is-suġġett ma tantx ġie ttrattat, se nittanta nibni fid-dettall il-ġrajjiet ewlenin li bihom ġie standardizzat il-Malti fl-20ijiet tas-seklu li għadda, billi nagħti ħarsa lejn l-isfond storiku ta’ dak iż-żmien u kif wassal għall-Ewwel Kungress li fih twaqqfet l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Barra minn hekk, se nsegwi l-ħidmiet bikrija ta’ din l-għaqda biex tistandardizza l-Malti, permezz taż-żewġ pubblikazzjonijiet normattivi tagħha, ir-'Rapport fuk l’Alfabêt Malti' (1921) u t-'Tagħrif fuq il-Kitba Maltija' (1924), u r-reazzjonijiet fil-gazzetti minn kittieba u nies oħra li mhux dejjem qablu mal-għanijiet tal-għaqda. Il-gazzetti bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan, flimkien mal-manuskritti ta’ Franġisku Saverju Caruana u artikli oħra li jitkellmu dwar din il-ġrajja kinuli ta’ għajnuna kbira bħala xhieda primarja biex nistħarreġ l-Ewwel Kungress tal-Malti. Dan l-istħarriġ iġagħalni naqbel ma’ Robert L. Cooper (1989) li aħna niddeċiedu fuq lingwa għal raġunijiet nonlingwistiċi, u li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-lingwa jkunu suċċess kemm-il darba jaħdmu favurihom diversi aġenti talpjanifikazzjoni lingwistika, bħalma huma l-gvern, l-istampaturi u l-għaqdiet tal-lingwa.
Il-varjazzjoni fil-plural f’għadd ta’ rħula Għawdxin
Abstract: Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn il-varjazzjoni fil-plural f’erba’ djaletti Għawdxin. Fih investigajt liema forma tal-plural hija l-aktar waħda popolari fost it-tmienja u erbgħin parteċipant u parteċipanta li ħadu sehem f’din ir-riċerka. Sabiex niġbor l-informazzjoni meħtieġa mingħand dawn il-parteċipanti ddeċidejt li nifforma kwestjonarju b’numru ta’ eżempji li għalihom teżisti l-possibilità ta’ żewġ varjanti tal-plural jew aktar. Għal kull eżempju ppreparajt sett ta’ ritratti u sentenzi li jistgħu jgħinu lill-parteċipanti jaslu għattweġibiet li xtaqt mingħandhom. Wara li analizzajt ir-riżultati ta’ kull individwu abbażi taletà, is-sess u l-ġeografija, pruvajt nara tidhirx xi korrelazzjoni bejn wieħed mill-varjabbli jew iżjed mal-għażla ta’ forma tal-plural partikolari, jiġifieri plural sħiħ jew plural miksur. Fit-tielet kapitlu qabbilt ir-risposti tal-parteċipanti tiegħi ma’ dawk ta’ Kimberly Marie Bugeja sabiex ma niqafx mal-limiti tad-djaletti Għawdxin iżda jkolli idea wkoll jekk teżistix xi differenza bejn il-kelliema Maltin u dawk Għawdxin. Fl-aħħar ikkonkludejt li ma teżisti ebda korrelazzjoni bejn l-għażla tal-varjant tal-plural u xi varjabbli soċjolingwistiku partikolari, u li d-differenzi bejn djalett u ieħor jidhru aktar fuq livell fonetiku u fonoloġiku milli fuq livell morfosintattiku, tal-inqas fejn għandu x’jaqsam il-plural.