OAR@UM Collection:
Il-proża politika maltija : aptit għal aktar analiżi
      <name>Vassallo, Mario Thomas</name>
    <summary type="text">Title: Il-proża politika maltija : aptit għal aktar analiżi
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Abstract: Hemm affinità kbira bejn il-politika u l-oqsma diversi tal-arti. Kull min huwa nnamrat mas-siġġu tal-poter - kemm jekk b'vokazzjoni, inkella b'mod Makkjavellista - jinteressah mill-artisti u minn xogħlijiethom. Jagħmel minn kollox biex jipprova jippatronizza x-xena artistika u, jekk ma jirnexxilux, isegwi mill-qrib dak li qed jinkiteb, jitpinġa, jitkanta jew ikun imħażżeż mal-ħitan biex jitkixxfu s-sentimenti tal-poplu. Matul is-sekli kienu diversi t-temi u l-kwistjonijiet politiċi li ġew indirizzati f'xogħlijiet letterarji, bħal ngħidu aħna d-daqs tal-pajjiż u l-prepotenza militari bħalma naqraw f'Gulliver's Travels ta' Jonathan Swift. Inkella, in-narrattivi soċjali li jiddokumentaw il-vittmi tal-industrijalizzazzjoni kif juruna r-rumanzi ta' Charles Dickens, mhux l-inqas fi Great Expectations u Oliver Twist. Mill-banda l-oħra t-tirannija politika wkoll sfat taħt il-lenti tad-drammaturgu William Shakespeare meta kiteb għadd kbir ta' drammi bħal Richard Ili u Macbeth, u The Merchant of Venice fost oħrajn. Madankollu, kittieba oħrajn ma stħarrġux biss it-tirannija fl-intriċċi tal-monarkiċi, imma saħansitra bejn gruppi ta' abbatini nawfragati fuq gżira bħalma jirrakkonta William Golding f' Lord of the Flies. Il-ġlieda għall-poter, l-istrateġija politika u t-tattiċi għall-kisba tas-setgħa jibqgħu fil-qalba ta' diversi rumanzi li għelbu kull limitazzjoni ta' spazju u żmien għax għadhom relevanti sa llum. Hawn nistgħu nsemmu Il Gattopardo ta' Giuseppe Tommasi de Lampedusa li jittratta l-bidla fir-reġim li tiżmantella l-ordni l-antik u toħloq ċrieki ġodda ta' poter. Inkella lil Oliver Friggieri li permezz ta' Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri u Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri sensel narrattivi varji dwar it-tnawwir tad-demokrazija. F'din l-introduzzjoni lanqas ma nistgħu nħallu barra l-ħemel ta' pubblikazzjonijiet li jniggżu lill-qarrej fuq l-isfrundar tal-viżjoni politika permezz tad-distopja, fi kliem ieħor meta l-idea l politiku jinbidel fi ħmar il-lejl, bħalma jiġri f'1984 u Animal Farm ta' George Orwell, u dan biex ma nsemmux ukoll is-serje ta' Suzanne Collins fil-kullana ta' The Hunger Games.</summary>
Daħla [In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika]
      <name>Vassallo, Mario Thomas</name>
    <summary type="text">Title: Daħla [In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika]
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Abstract: L-importanza ta' pubblikazzjoni fuq il-proża u l-politika hija kruċjali anki fl-ambjenti u t-tensjonijiet li ngħixu fihom ta' kuljum, għax toffri analiżi profonda tad-diversi modi kif il-letteratura tista' tgħinna nifhmu u nwettqu bidliet fis-soċjetà tagħna. Essenzjalment, dan li għandek f'idejk huma l-atti konnessi mat-tielet konferenza fi ħdan is-sensiela Lingua-Politik li konna organizzajna fis-27 t'April 2024 meta dakinhar, fil-Valletta Campus, tfajna taħt l-għarbiel lill-proża Maltija bħala niggieża għall-istatus quo politiku u soċjali.</summary>
In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika
    <summary type="text">Title: In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika
Abstract: Nhar is-Sibt, 27 ta’ April 2024, bejn it-8.30am u s-1.30pm, fl-Aula Prima tal-Università l-Qadima, fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, saret konferenza nazzjonali fuq il-proża politika bl-isem ta’ “In-Niggieża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika.” Il-konferenza, ġiet organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università. Din kienet t-tielet darba li dawn iż-żewġ dipartimenti minn fakultajiet differenti tal-Università ta’ Malta ħadmu flimkien fuq konferenza nazzjonali.</summary>
Il-ħidma tal-Università biex issaħħaħ ir-riċerka u tberraħ l-għarfien
      <name>Fabri, Simon G.</name>
    <summary type="text">Title: Il-ħidma tal-Università biex issaħħaħ ir-riċerka u tberraħ l-għarfien
Authors: Fabri, Simon G.
Abstract: Messaġġ mill-Prof. Ing. Simon G. Fabri, Pro-Rettur għar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien.</summary>