OAR@UM Collection:
L-Imġarrin li ħallew raħal twelidhom fl-ewwel tas-seklu għoxrin
    <summary type="text">Title: L-Imġarrin li ħallew raħal twelidhom fl-ewwel tas-seklu għoxrin
Abstract: Is-snin tal-ewwel u t-tliet kwarti tas-seklu għoxrin nistgħu ngħidu li huma identiċi f'ħafna affarijiet meta wieħed jieħu s-sitwazzjoni soċjali li kien hawn fil-pajjiż in ġenerali. Il-faqar u l-qgħad kienu jiddominaw dawn is-snin, u b'riżultat ta' hekk ġabu ħafna firda mal-pajjiż kollu minħabba l-emigrazzjoni li kien hawn , li nistgħu ngħidu kienet is-salvazzjoni ta' ħafna familji u anki tal-pajjiż.  Din is-sitwazzjoni kienet ir-riżultat li ġabu magħhom l-ewwel u t-tieni gwerra mondjali li ħolqu nuqqas ta' xogħol u faqar, għalhekk il-gvernijiet riedu jaraw kif se jsolvu din is-sitwazzjoni. Is-soluzzjoni prinċipali għal diversi snin kellha tkun l-emigrazzjoni.</summary>
Emigrazzjoni lejn in-Naxxar
    <summary type="text">Title: Emigrazzjoni lejn in-Naxxar
Abstract: Sa qabel it-tieni gwerra dinjija in-Naxxar ftit kien ra tibdil, l-unika nies li kienu jiżdiedu mal-popolazzjoni tar-raħal kienu jkunu dawk li jiġu minn barra r-raħal minħabba żwieġ.  L-ewwel mewġa ta' imigrazzjoni seħħet fin-Naxxar mal-bidu tat-tieni gwerra dinjija, fejn numru ta' familji li kienu minn żoni l-aktar milquta mill-għadu telqu djarhom u sabu kemm f'dan ir-raħal.  It-tieni mewġa pero fuq skala iżgħar kienet fl-1946, meta l-Ġizwiti ġew ġon-Naxxar biex jokkupaw il-palazz mogħti lilhom mill-Farnilja tal-kaptan Robert Mizzi fi Triq il-Markiz Scicluna fejn fetħu n-Novizzjat għall-istudenti li kienu f'għadd ġmielu. Dan ġab miegħu għadd ieħor ta' patrijiet ġejjin u sejrin, kif ukoll ħafna qraba ta' l-istudenti minn kull naħa ta' Malta. Imma l-akbar emigrazzjoni u waħda stabbli, saret f'dawn l-aħħar snin f'dak li beda jissejjaħil-boom tal-bini. Malta kollha mtliet bil-bini ġdid, il-qodma trangaw u flok bini b'zewg sulari, tela' bini b'aktar sulari. In-Naxxar ma baqax lura, jiixhed dan l-izvillup kbir li sar fiż-żoni ta' Birguma u s-Sgħajtar.</summary>
Mafkar imżewwaq b'siġar u ward
    <summary type="text">Title: Mafkar imżewwaq b'siġar u ward
Abstract: Dan l-artiklu huwa parti minn kullana ta' ġrajjiet li seħħew fl-inħawi Ta' Ħamet li jmorru lura għal bidu tas-seklu għoxrin snin.  Waħda minnhom hija ta' inċident traġiku li fih tilfet ħajjitha Franġiska Sultana f'nhar Santa Marija tal-1926 meta ġiet imtajra minn xarabank u meta fl-1964 fl-istess inħawwi ġie inawgurat ġnien pubbliku bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza tal-gżejjer Matlin mill-ħakma ingliża.</summary>
Il-qagħda soċjali tal-parruċċani ta' San Ġorġ fl-1667
    <summary type="text">Title: Il-qagħda soċjali tal-parruċċani ta' San Ġorġ fl-1667
Abstract: Fl-14 ta' Ġunju 1667, 1-Isqof Lucas Buenos (1666-1668) ġie ppreżentat b'lista li fiha hemm l-isem ta' kull persuna li kienet toqgħod Għawdex u Kemmuna f' dak iż-żmien. F' din il-lista hemm imniżżla l-persuni li kienu jgħixu fiż-żewġ parroċċi ta' Għawdex, jiġifieri fil-parroċċa tal-Kolleggjata Matriċi tal-Assunta (illum il-knisja Katidrali) u l-oħra tal-parroċċa ta' San Ġorġ Martri, fir-Rabat.</summary>