OAR@UM Collection:
Editorjal : tislima lil Ġużè  Bonnici : ko-fundatur ta' l-Għaqda
    <summary type="text">Title: Editorjal : tislima lil Ġużè  Bonnici : ko-fundatur ta' l-Għaqda
Abstract: B'din il-ħarġa l-Għaqda tal-Malti (Universita') qiegħda ssellem lil Dr. Ġużè Bonnici f'egħluq il-ħamsin sena mill-mewt tiegħu. Isem Bonnici jfisser ħidma bla waqfien b'riżq it-tixrid tal-kitba Maltija fl-Universita' u fil-pajjiż; ifisser ukoll ħidma li biha ħarġu l-kotba ta' wħud mill-aqwa kittieba Maltin, li hu tħabbeb u ħabrek magħhom għal kawża waħda. Minbarra dan, naturalment, hemm is-sehem letterarju proprju li ta bħala awtur ta' rumanzi u novelli.</summary>
Il-”Melitensia'' hi tagħna lkoll
    <summary type="text">Title: Il-”Melitensia'' hi tagħna lkoll
Abstract: Dr. Ġużè Bonnici, ko-fundatur ta'l-Għaqda tagħna, mhux biss huwa kittieb ta' rumanzi u xogħlijiet oħra ta' proża. Huwa wkoll persunaġġ li għandu postu fIl-ġrajja tal-pubblikazzjonijiet Maltin. Kien hu li fl-1938 beda l-"Ġabra ta' Kitba Maltija" u ħareġ kotba ta' diversi kittieba Maltin ewlenin. Huwa ried jibni librerija Maltija serja. Il-"Melitensia" hi tifkira ħajja ta' x'għamel u ried jissokta jagħmel Ġużè Bonnici. Fiha hemm miġburin għadd ta' pubblikazzjonijiet Maltin jew dwar Malta, u qabel xejn dwar l-ilsien, il-letteratura u l-istorja. Il-"Melitensia" għad jonqosha ħafna biex tkun tassew ġabra rappreżentattiva tal-librerija ta' pajjiżna. Hemm ħafna nuqqasijiet kbar fiha u f'ħafna aspetti hi fqira għal kollox. Dan ifisser li għandhom jintefqu wisq aktar flus fix-xiri ta' kotba Maltin, ġodda u qodma. Għal dan il-għan, l-Għaqda qiegħda thejji memorandum dettaljat dwar in-nuqqasijiet tagħha u x' għandu jsir minnufih biex ma titħassarx aktar u tikber.</summary>
L-imħabba aktar mill-ħajja
    <summary type="text">Title: L-imħabba aktar mill-ħajja
Abstract: Din il-publikazzjoni hija dramm ta’ tliet atti ta' Dr. Ġużè Bonnici. In-nies tad-dramm huma Vivi, mara ta' darha. Pawlu, żewġha. Marju, ħabib żewġha. Karmena, ħabiba li tgħix magħha. Ċensu, student. Rene, tifel ta' tliet snin. Il-professur Dimech. Ġorġa, qaddejja. Ċikka, qaddejja.</summary>
Kumment dwar dramm minsi ta' Ġużè Bonnici
    <summary type="text">Title: Kumment dwar dramm minsi ta' Ġużè Bonnici
Abstract: L-Imħabba Aktar mill-Ħajja hu dramm minsi ta' Ġużè Bonnici li qiegħed inxandru hawn kollu kemm hu. F' “Il-Malti", sena 65, 1989, pp. 43-53 xandart tliet novelli minsija tiegħu, Fil-Kamra tal-Mejtin, L-Oħla Kelma! u Anna Dvorak. Imiss issa li jkun ippubblikat dan ix-xogħol li jissokta jibni l-kwadru sħiħ tax-xogħlijiet tiegħu. Kopja ta' dan id-dramm ingħatatli mill-familjari ta' l-awtur, u magħhom ukoll kopja tal-manuskritt ta' l-ewwel att ta' dramm ieħor, Il-Ġidba tad-Demm. Bonnici beda jxandar l-imħabba Aktar mill-Ħajja fts-sensiela ta' kotba maħruġin minnu nnifsu. B' dan ix-xogħol, meqjus bħala għadd l, huwa jidher li ried jidħol C qasam ieħor tal-letteratura, it-teatru, u fIl-fatt dan id-dramm hu mdaħħal C dik li hu sejħilha "Ġabra ta' Xogħlijiet Tijatrali". Bil-ħidma tiegħu bħala editur huwa kien diġà għaqqad flimkien lill-awturi Maltin ewlenin u offra damma ta' kotba eleganti u xogħlijiet validi bil-Malti. Minn L-Imħabba Aktar mill-Ħajja, mitbugħ fl-Excelsior Press u maħruġ fis-sena ta' mewtu, 1940, huwa laħaq stampa l-ewwel att u l-biċċa l-kbira tat-tieni wieħed. Il-faxxikli mitbugħa jaslu sa paġna 64, waqt lil-bqija tad-dramm baqa' ma ġiex stampat Il-mewt ħaditu ħesrem u miegħu ħasdet il-proġetti ta' kitba u stampar li laħaq fassal.</summary>