OAR@UM Community:
Fotografi bikrija fl-Isla
    <summary type="text">Title: Fotografi bikrija fl-Isla
Abstract: L-artiklu jispjega kif il-fotografija waslet Malta fis-seklu 19 u kif l-Isla saret wieħed miċ-ċentri bikrin tagħha. L-ewwel fotografi kienu ħafna drabi barranin li kienu jaħdmu għall-militar Ingliż, fosthom James Conroy li fetaħ studju fl-Isla fl-1861. Jissemmew ukoll fotografi oħra importanti bħal Mrs S.A. Harrison, li setgħet kienet waħda mill-ewwel fotografi nisa f’Malta, u Anthony Serracino li kien magħruf għall-portraits ta’ kwalità għolja. Fotografu ieħor kien Umberto Adinolfi, li kien jagħmel kartolini fotografiċi tal-bastimenti tal-flotta Ingliża. Dawn kollha juru li l-Isla kellha rwol importanti fl-iżvilupp bikri tal-fotografija f’Malta.</summary>
Il-Milk Marketing Undertaking : 25 sena ta' servizz u progress
    <summary type="text">Title: Il-Milk Marketing Undertaking : 25 sena ta' servizz u progress
Abstract: Il-Milk Marketing Undertaking twaqqfet f'Malta sewwa sew 25 sena ilu, fil-11 ta' Mejju tal-1938. Minn dak il-mument stess li l-Gvernatur ta' dak iż-żmien, Sir Charles Bonham Carter, iddikjara l-fabbrika miftuħa, l-M.M.U. ħadmet u għadha taħdem bla heda sabiex tagħti lill-poplu ta' dawn il-ġżejjer ikel bnin u sustanzjuż bla ebda periklu ta' mard u biex tkabbar il-konsum ta' ħalib frisk pasturizzat fost in-nies ta' Malta.</summary>
L-impriża għall-bejgħ tal-ħalib
    <summary type="text">Title: L-impriża għall-bejgħ tal-ħalib
Abstract: L-ewwel darba li bdew jistudjaw il-possibilta tal-pastorizzazzjoni tal-ħalib tal-mogħoż hawn Malta kien fl-1932 meta twaqfet kummissjoni biex tiddiskuti dan il-proġett. Fl-1934 reġgħet twaqqfet kummissjoni oħra biex jaraw kif ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-ewwel kumitat setgħu jitwettqu.</summary>
Xi xogħol ta' l-imgħoddi f'San Ġiljan
    <summary type="text">Title: Xi xogħol ta' l-imgħoddi f'San Ġiljan
Abstract: Guido Lanfranco jikteb dwar x'kien ix-xogħol prinċipali tal-Ġiljaniżi madwar is-snin 1861 sa 1871.  Kull komunità, f'kull post tad-dinja, kemm jekk tkun kbira, kif ukoll jekk tkun ċkejkna, dejjem ikollha bżonnijiet skond l-ambjent fejn tkun tinsab, u l-abitanti jagħmlu xogħolijiet skond dak li toffri l-art tagħhom. Jekk arthom ma toffri xejn,jagħmlu xogħol ieħor b'risorzi barranin, iżda bil-kapaċità tagħhom. San Ġiljan fl-imgħoddi, kien komunità ċkejkna. Fis-seklu dsatax, per eżempju fl-l 861, kien hemm biss qrib il-500 ruħ, għalhekk kien hemm ħafna raba', traffiku xejn, u ħajja kwieta. Issa hawn komunità t' eluf, raba' xejn, traffiku kontinwu u paċi xejn. Għalhekk ix-xogħol li jagħmlu l-Ġiljaniżi issa, ma jistax jitqabbel max-xogħol li kienu jagħmlu fis-seklu li għadda.</summary>