OAR@UM Collection:https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/568412024-03-28T17:35:13Z2024-03-28T17:35:13ZLehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/575222020-06-14T05:14:44Z2012-01-01T00:00:00ZTitle: Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012
Editors: Chircop, Twanny
Abstract: Rivista Biblika li toħroġ kull tliet xhur mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa tal-Provinċja Franġiskana Maltija.2012-01-01T00:00:00ZIl-Knisja bhala l-gisem ta' Kristuhttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/573582020-06-07T05:17:33Z2012-01-01T00:00:00ZTitle: Il-Knisja bhala l-gisem ta' Kristu
Abstract: Il-belt ta’ Efesu tinsab fuq
il-kosta tal-punent tal-Asja
Minuri, illum fi t-Turkija. Kienet
il-belt kapitali tal-Provinċja
Rumana tal-Asja Minuri. Ilbelt
kienet magħrufa ħafna
fl -antikità bħala ċentru kbir
tal-maġija, fi l-fatt meta kien
hemm San Pawl u n-nies bdew
jaraw il-mirakli tiegħu, ħafna
minn dawk li kienu jagħmlu
s-sħarijiet ġiebu l-kotba talmaġija
u ħarquhom (ara Atti
19:19). Hawnhekk San Pawl
għamel madwar tliet snin bħala
parti kbira mill-ministeru ta’
evanġelizzazzjoni matul it-tielet
vjaġġ missjunarju, kif insibu
tajjeb fi l-kapitlu 19 tal-Atti ta’
l-Appostli. Kien ukoll għamel
żjara qasira hawnhekk wara
Korintu, qabel ma temm it-tieni
vjaġġ missjunarju, lura lejn
Antijokja (ara Atti 18:18-22).
F’Efesu nerġgħu niltaqgħu ma’
Akwila u Priska (Prixxilla) u
ma’ Apollo, Lhudi għaref minn
Lixandra (ara Atti 18:23-28).
Minħabba dan iż-żmien twil
ta’ San Pawl f ’Efesu xi studjużi
jsostnu li xi ittri ta’ San Pawl
għandhom rabta ma’ din il-belt.
Minn hawnkekk kiteb żgur
l-Ewwel Ittra lill-Korintin.
Hawnhekk San Pawl jaħtar lil
Timotju bħala ragħaj spiritwali
ta’ din il-belt ferm importanti.2012-01-01T00:00:00ZEditorjal : Israel u l-Vatikan. F'hiex wasalna?https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/573262020-06-07T05:17:21Z2012-01-01T00:00:00ZTitle: Editorjal : Israel u l-Vatikan. F'hiex wasalna?
Abstract: Fl-1 ta’ Diċembru 2011 saret il-laqgħa
plenarja tal-Bilateral Permanent Working
Commission bejn l-Istat ta’ Israel u l-Vatikan
fi l-Ministeru tal-Aff arijiet Barranin Israeljan.
Din il-laqgħa saret wara l-progress li ġie
rreġistrat fi l-laqgħa tal-Kummissjoni li
kienet saret fi l-Vatikan fl -14 ta’ Ġunju
2011, u li ddiskutiet l-artiklu 10, paragrafu
2 tal-Fundamental Agreement rigward
proprjetà, tassazzjoni u ekonomija f’dak li
jmiss il-preżenza tal-Knisja Kattolika fl-Istat
ta’ Israel. In-negozjati min-naħa tal-Knisja
Kattolika huma mmexxija minn Monsinjur
Antonio Franco, Nunzju Apostoliku
għal Israel u Delegat Apostoliku għal
Ġerusalemm.2012-01-01T00:00:00ZIl-Bahar il-Mejjet qieghed imut?https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/573232020-06-07T05:17:31Z2012-01-01T00:00:00ZTitle: Il-Bahar il-Mejjet qieghed imut?
Abstract: Il-Baħar il-Mejjet, bil-Lhudi “Yam Ha-Melah” (Baħar il-Mielaħ) u bl-Għarbi “Bahar al-
Mayyit” (Baħar il-Mejjet) jew Bahar Lut (Baħar ta’ Lot), jinsab fl -aktar post baxx fi l-krosta
tal-pjaneta, 417-il metru taħt il-livell tal-baħar. Hu fond 377 metru. Hekk din l-għadira
kbira ta’ ilma mielaħ hi l-aktar post baxx li jeżisti fifi d-dinja. Is-salinità tal-Baħar il-Mejjet hi l-aktar waħda għolja fi ddinja,
u tasal sa 33.7% ta’
melħ. Il-Baħar il-Mejjet hu
67 kilometru twil u 18-il
kilometru fl -aktar estensjoni
wiesgħa tiegħu. Jinsab
fi l-ħondoq tal-Ġordan, li
hu wied kbir li jofroq żewġ
plakki tektonici kbar, dik
Afrikana fuq il-punent u
dik Arabika fuq il-lvant.
Dan il-fenomenu ġeoloġiku
hu evidenti meta wieħed
iħares fuq iż-żewġ naħat
tal-Baħar il-Mejjet. Fuq innaħa
Israeljana wieħed jara
l-muntanji aridi tad-deżert
tal-Lhudija li jixirfu fuq
il-Baħar il-Mejjet, fi lwaqt
li fuq in-naħa Ġordana
wieħed jilmaħ il-muntanji ta’
Mowab, aktar għoljin imma
aktar għammiela, li jwassluk
fuq l-altipjan kbir Arabiku li
jestendi lejn is-Sirja, l-Iraq
u l-Għarabja Sawdita. Din
hi r-raġuni għaliex iż-żona
madwar il-Baħar il-Mejjet
hi waħda mill-aktar reġjuni
sismoloġikament attivi tad-dinja,
u t-terremoti huma
komuni. Il-Baħar il-Mejjet
fi h ukoll diversi minerali ta’
natura vulkanika, li jindikaw
attività vulkanika fi l-qiegħ ta’
dan il-baħar, li tagħha nsibu
wkoll evidenza f ’avvenimenti
bibliċi, bħal fi l-każ tal-qerda
ta’ Sodoma u Gomorra bix-
“xita ta’ kubrit u nar” (Ġen
19,23-25).2012-01-01T00:00:00Z