OAR@UM Collection:https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/599732024-03-28T15:29:35Z2024-03-28T15:29:35ZIl-qlib tal-kodiċiCalleja, Amyhttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/600532020-09-06T05:18:26Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-qlib tal-kodiċi
Authors: Calleja, Amy
Abstract: Dan l-artiklu jinqasam fi tnejn. Fl-ewwel parti tagħti ħarsa ġenerali lejn il-qlib tal-kodiċi, bl-Ingliż code-switching, bħala fenomenu li jinsab f’għadd ta’ komunitajiet lingwistiċi madwar id-dinja. Fit-tieni parti tippreżenta s-sejbiet ewlenin tal-istudju li għamlet fuq il-qlib tal-kodiċi fi programm televiżiv lokali.2020-01-01T00:00:00ZIl-verbi f'sekwenza fil-MaltiAzzopardi, Kirstyhttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/600522020-09-06T05:18:27Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-verbi f'sekwenza fil-Malti
Authors: Azzopardi, Kirsty
Abstract: F’dan l-artiklu l-awtriċi tistħarreġ in-natura tal-katina verbali fil-Malti, li għalissa nistgħu niddeskrivuha bħala sekwenza ta’ verbi li jokkorru wara xulxin mingħajr l-ebda ndħil ta’ xi element ieħor.2020-01-01T00:00:00ZIl-laqam personali: Analiżi lingwistikaDeguara, Abigailhttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/600512020-09-06T05:18:26Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Il-laqam personali: Analiżi lingwistika
Authors: Deguara, Abigail
Abstract: F’dan l-artiklu l-awtriċi tistħarreġ il-binja morfosintattika ta’ numru ta’ laqmijiet personali Maltin, ħafna minnhom meħudin mir-reġistru elettorali tal-1947. Fl-analiżi tħares lejn elementi formali fil-laqmijiet, bħall-artiklu jew il-prepożizzjoni ta’, li normalment jieħdu fil-bidu, u l-kategoriji grammatikali li jaqgħu taħthom. Fi kliem ieħor, f’dan l-istudju tiffoka fuq laqmijiet b’komponenti lessikali li jistgħu jiġu analizzati u kklassifikati skont għadd ta’ kriterji lingwistiċi.2020-01-01T00:00:00ZIr-realtà li toħloq il-letteraturaSaydon, Rachelhttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/600502021-02-22T08:46:57Z2020-01-01T00:00:00ZTitle: Ir-realtà li toħloq il-letteratura
Authors: Saydon, Rachel
Abstract: F’dan l-istudju l-awtriċi tistħarreġ, fost l-oħrajn, x’differenza hemm, jekk hemm, bejn il-lingwa li nużaw biex
nikkomunikaw waqt it-taħdit ta’ kuljum u l-lingwa li nħaddmu fil-letteratura. Hawnhekk, il-kunċett tal-letteratura jinftiehem bħala l-użu speċjali tallingwa f’xogħlijiet mistħajla li jiddefamiljarizza dak li jirrappreżenta bl-għan li l-lingwa tħalli effetti differenti u tawmenta l-esperjenza tal-qarrejja waqt il-qari. Barra minn hekk, se tistħarreġ ir-relazzjoni bejn ir-realtà kif tidher fil-letteratura u r-realtà akbar li ngħixu ta’ kuljum. F’xi partijiet, biex tapplika
l-kontenut teoriku għal test letterarju konkret, se tagħti eżempji mir-rumanz Castillo ta’ Clare Azzopardi.2020-01-01T00:00:00Z