OAR@UM Community:
Il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq il-varjazzjoni fl-użu tan-negattiv fid-djaletti Maltin u Għawdxin. Dan l-istudju ġie maħsub biex jagħti aktar għarfien dwar kif jintużaw il-forom tan-negattiv u kif ivarjaw fl-użu tagħhom minn persuna għal oħra. L-għan ewlieni huwa li nevalwa jekk il-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età, il-ġeografija u l-livell ta’ edukazzjoni jurux korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv fit-taħdit. Sabiex inkun nista’ niġbor id-data neċessarja ħejjejt intervista strutturata. Il-qofol tal-intervista jinsab fit-tielet u r-raba’ taqsima li jinkludu sentenzi fl-affermattiv li t-80 parteċipant u parteċipanta minn 10 lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex intalbu jaqilbu għan-negattiv. Id-data miġbura ġiet analizzata permezz tal-SPSS u r-riżultati juru li ċerti forom tan-negattiv jintużaw b’mod aktar frekwenti minn gruppi partikolari ta’ kelliema. L-aktar varjabbli soċjolingwistiku li wera korrelazzjoni mal-użu ta’ ċerti forom tan-negattiv kien il-varjabbli tal-ġeografija. Minn dan l-istudju nista’ nikkonkludi li, għalkemm il-maġġoranza tal-forom tan-negattiv huma stabbiliti sew fost il-kelliema tal-Malti, hemm xi wħud mill-forom li huma marbuta iżjed ma’ ċerti lokalitajiet partikolari.
Il-legat terminoloġiku tal-legatura u l-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ żewġ snajja’: tal-legatura u tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta bl-għan li tinġabar it-terminoloġija speċjalizzata użata fil-prattika professjonali ta’ dawn l-oqsma u tiġi dokumentata f’xogħol wieħed. L-istudju huwa bbażat fuq riċerka kwalitattiva, b’mod partikolari intervisti ma’ erba’ legaturi u erba’ konservaturi li jaħdmu jew għandhom esperjenza diretta f’dawn is-snajja’ u li mingħandhom ħarġet id-data meħtieġa għall-glossarju strutturat u rappreżentattiv, li huwa l-qofol ta’ din it-teżina. Il-glossarju huwa organizzat f’kategoriji u sottokategoriji tematiċi sabiex jiġi ppreżentat b’mod sistematiku u jkun aċċessibbli. Dawn jinkludu l-istruttura tal-ktieb, it-tipi u l-karatteristiċi tal-karta, il-materjali u s-sustanzi użati, l-għodod u l-makkinarji, il-proċessi relatati mal-legatura u l-konservazzjoni, il-ħsara, l-ambjent u l-preservazzjoni, il-professjonijiet u finalment il-verbi u l-partiċipji passivi li jintużaw fis-snajja’. Fl-appendiċi ser ninkludi tabella bit-termini f’ordni alfabetika u n-numru tal-paġna tat-terminu. Dan l-istudju mhux biss jiġbor it-termini speċjalizzati, iżda jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-preservazzjoni ta’ għarfien lingwistiku marbut ma’ żewġ snajja’ tradizzjonali: is-sengħa tal-legatura, li llum qed tesperjenza tnaqqis fil-prattika tagħha, u s-sengħa tal-konservazzjoni tal-kotba u tal-karta, li min-naħa l-oħra qed tingħata importanza speċjalment fl-Arkivji Notarili sabiex jiġu ppreservati dokumenti storiċi antiki. Il-glossarju jista’ jservi bħala referenza utli kemm għal skopijiet akkademiċi kif ukoll għal riċerka futura fil-qasam, ngħidu aħna, studju komparattiv li jidentifika liema termini baqgħu jintużaw, jekk daħlux termini ġodda jew intilfux xi termini.
Ir-realiżmu u d-determiniżmu f’Ħelsien
Abstract: Din it-teżina tistħarrreġ ir-Realiżmu fir-rumanz Ħelsien u d-Determiniżmu bħala element li jispikka fil-viżjoni letterarja ta’ Ġużè Bonnici f’dan ix-xogħol. L-għan ta’ din it-teżina hu li tanalizza Ħelsien mill-perspettiva tal-viżjoni Realista li jesploraw teoristi bħal Peter Brooks u skont id-dinamika tal-psikoloġija tal-folla u r-retorika Klassika. It-teżina tistħarreġ il-fatturi li jiddeterminaw l-imġiba u l-ħsibijiet tal-karattri, kif ukoll il-fatturi li jwasslu biex Feliċ iwettaq att li jmur kontra n-natura tiegħu meta bi tpattija joqtol lil Luretu. L-analiżi tal-għodod retoriċi mħaddmin minn uħud mill-karattri turi li d-Determiniżmu fir-rumanz jidher fil-mod kif fil-belt ir-retorika hi mezz ta’ qerq. Minkejja li f’Ħelsien hemm ideat Romantiċi, bħall-konfront bejn il-belt u r-raħal, ir-rumanz jipprova jagħti stampa kredibbli tal-proċessi diversi li jgħaddu minnhom il-bnedmin f’ħajjithom u jixħet dubju serju fuq kemm huma awtonomi f’ħajjithom, għax id-deċiżjonijiet, ix-xewqat, u l-imġiba tal-karattri huma b’xi mod jew ieħor influwenzati, jekk mhux ikkundizzjonati, mill-mod kif sawrithom in-natura u mill-ambjent u ċ-ċirkostanzi li jsibu rwieħhom fihom.
Il-farsa Maltija : ilbieraħ u llum
Abstract: Din it-teżina tesplora l-iżvilupp tal-farsa Maltija bejn is-seklu dsatax u s-seklu għoxrin, b’enfasi fuq il-kontinwità u l-bidliet fil-karatteristiċi fundamentali tagħha. Permezz ta’ analiżi ta’ xogħlijiet ta’ Carmelo Camilleri, Luigi Rosato u Albert Marshall, l-istudju juri kif il-farsa tibqa’ mibnija fuq mekkaniżmi essenzjali bħall-esaġerazzjoni, il-konfużjoni u r-riżoluzzjoni immedjata tal-kunflitt, minkejja bidliet soċjali, kulturali u teatrali sinifikanti. Sadattant, l-analiżi komparattiva tosserva wkoll numru ta’ differenzi importanti fit-temi u t-tekniki bejn il-farsa bikrija u dik kontemporanja, fosthom żieda fil-kumplessità strutturali, varjetà akbar ta’ karattri u tekniki, kif ukoll l-introduzzjoni tal-fantasija bħala element aktar ċentrali fil-bini tal-plott. Barra minn hekk, tintroduċi bidliet fir-rappreżentazzjoni tal-mara u fl-użu tal-lingwa, li jirriflettu trasformazzjonijiet fil-qagħda soċjali Maltija u juru kif il-farsa sservi bħala mera tal-ħajja ta’ kuljum. L-istudju jikkonkludi li, minkejja dawn il-bidliet, il-farsa Maltija żammet il-qofol strutturali u funzjonali tagħha bħala ġeneru teatrali. Għaldaqstant, l-iżvilupp tagħha għandu jinftiehem bħala proċess ta’ kontinwità u adattament, fejn il-konvenzjonijiet tradizzjonali jibqgħu preżenti iżda jiġu mmodifikati skont ir-realtajiet u l-ħtiġijiet taż-żmien li tinkiteb fih.