OAR@UM Collection:
Karattri frammentati fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud
Abstract: Għażilt li niddiskuti x-xogħol ta’ Immanuel Mifsud għax huwa wieħed mill-aqwa kittieba kontemporanji Maltin u għandu karattri intriganti ħafna fir-rakkonti tiegħu. Iffukajt fuq numru ta’ novelli, u ħallejt barra l-poeżiji u r-rakkont awtobijografiku tiegħu, għax għandu għadd kbir ta’ novelli u kieku qbadthom kollha fid-dettall kont nispiċċa naqbeż illimitu ta’ kliem permess f’teżi bħal din. Filwaqt li n-novelli ta’ Mifsud huma, il-parti l-kbira tagħhom, rakkonti intriganti, kollha għandhom karatteristiċi differenti minn xulxin, għalhekk uħud minnhom juru lillprotagonisti b’mod effettiv fil-binja tagħhom, oħrajn jiffukaw aktar fuq l-istilistika jew ittematika bħala karatteristiċi li jikkumplimentaw il-binja tal-karattri u jsaħħu lframmentazzjoni fihom, fost oħrajn. Għażilt novelli bħal “Demm,” “Anne u Sylvia,” “IlLejl l-Iswed taċ-Ċief,” u “L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut” fil-kapitlu dwar ilkarattri nisa għax huma novelli rrakkuntati mill-protagonisti femminili stess u matulhom il-qarrejja jistgħu jsegwu l-vjaġġ li jagħmlu l-karattri b’mod dirett. Għalhekk l-idea aħħarija li jisiltu dwar dak li jkunu qraw aktarx tkun aktar qrib tat-test. Barra minn hekk, huma u jaqraw il-qarrejja jħossuhom aktar viċin tal-protagonisti milli kieku l-istorja tkun irrakkuntata minn karattru differenti. Għall-kuntrarju ta’ dan, novelli bħal “8½,” “Rubi,” u “Angela, Jane u Lina” huma rrakkuntati minn narratur omnixxjenti jew minn narratur omodijeġetiku raġel li jitkellem dwar il-karattri nisa. Għalhekk, l-idea li jibnu r-rakkont dwar il-karattri femminili prinċipali kapaċi tibqa’ waħda patrijarkali, kif inhi l-perspettiva f’ħafna narrattiva Maltija. Novelli bħal “Sonia” u “Priscilla,” għalkemm huma xogħlijiet eponimiċi, ma jagħtux wisq dinamiċità lill-protagonisti, għaldaqstant ħassejt li hemm novelli oħra b’karattri aktar kumplessi, bħal “Gideb,” “Spag” u “Lejl ma’ Amy Winehouse,” li joffru perspettivi interessanti. Bl-istess mod “Duħħan: Jew Fdal ta’ Mħabba” ma tidħolx f’wisq dettall dwar il-karattri prinċipali tagħha, waqt li “Ritratti Meħuda s-Sibt Filgħaxija” aktar jistħoqqilha tiġi ttrattata minħabba l-istil ta’ kitba frammentat tagħha. Fin-novelli “Gżejjer” u “Imħabba u Soċjaliżmu” tidher l-idea tal-mara li fis-senswalità kollha tagħha terġa’ lura, f’għajnejn ir-raġel, għall-innoċenza tat-tfulija, ħarsa li fiha nara element patrijarkali qawwi minkejja li tidher “innoċenti.” […]
Maltese identity in 20th century theatre
Maltese nation.
Il-kategoriji grammatikali tal-Malti : il-verbi, in-nomi u l-aġġettivi
Abstract: Ilsienna bħal-lingwi l-oħra jħaddem kliem b’diversi karatteristiċi differenti. L-aktar fosthom li nzertaw rilevanti għal dal-istudju huma l-karatteristiċi morfoloġiċi bħallinflessjoni u t-tnissil, sintattiċi bħad-distribuzzjoni u l-funzjoni, u oħrajn semantiċi.  Dawn se jservu ta’ kriterji ewlenin biex jintlaħaq l-iskop ta’ dal-istudju, jiġifieri biex id-deskrizzjoni lingwistika xxebbah u tifred, tqarreb u tbiegħed lil klassijiet talkliem, imsejħa kategoriji grammatikali, kemm bejniethom u anki fi ħdanhom. L-isfondi huma tnejn: f’binarju minnhom jimirħu l-mudelli tal-filosofija: uħud mill-ideat jaqtgħu linja ċara bejn il-kategoriji u ideat oħra jkanġu l-elementi fi spettri daqslikieku fi mriewaħ; fil-binarju l-ieħor joqogħdu l-ġeneralizzazzjonijiet tipoloġiċi li jiġbru l-fattizzi komuni tal-lingwi dinjin. Id-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi tal-kliem, minbarra li joħorġu fid-dieher dittkanġija fl-ispettri, jagħtu sehemhom biex tissawwar grammatika tal-Malti li tagħraf tfiehem sew kif dal-ilsien jitħaddem fit-taħdit u fil-kitba fi żmienna. It-tagħrif miġbur f’dal-istudju, parti misluta mil-letteratura teknika u parti oħra kontribut ġdid, hu dak biss li hemm bżonn biex jintlaħaq l-iskop li nsemmi fil-bidu. Barra minn hekk, lil hinn mill-kategoriji tal-kliem, dat-tagħrif inebbaħ għadd ta’ ideat ġodda oħrajn fuq ir-ruħ ta’ lsienna li lkoll jistgħu jitqawsu fi mriewaħ differenti bejn żewġ estremi bħall-estremi temporali u spazjali, l-estremi verbali u nominali, u lestremi maskili u femminili.
Il-metafora fin-novelli ta’ Clare Azzopardi
Abstract: F’din it-teżi se nanalizza l-ewwel ġabra ta’ novelli ta’ Clare Azzopardi, Il-Linja l-Ħadra (2006), billi niffoka primarjament fuq l-użu tal-metafora. F’dawn il-kitbiet tagħha jispikka dan l-element u nħoss li hemm ħafna x’wieħed jiddiskuti fuqu. Il-metafora hija għodda letterarja li ilha tintuża u tiġi diskussa sa mill-bidu tal-letteratura u hija ħafna drabi neċessità u mhux biss metodu ta’ kif jitqiegħed il-kliem biex ikun estetikament sabiħ. Saru numru ta’ studji dwar dan u fl-ewwel kapitlu se nesplora dak li ntqal minn kritiċi differenti fuq is-suġġett. Ir-raġuni li għażilt li niffoka fuq dan ix-xogħol narrattiv huwa li meta bdejt ir-riċerka tiegħi għal din it-teżi, it-tieni ġabra tan-novelli ta’ Azzopardi, Kulħadd Ħalla Isem Warajh, kienet għadha ma ġietx ippubblikata u allura ma stajtx nagħmel referenzi għaliha. Influwenzawni ukoll xogħlijiet oħrajn tagħha bħar-rakkont Frejp, u x-xogħlijiet għall-palk, L-Interdett taħt is-sodda u In-Nisa Maltin Jafu Kif. Tal-ewwel huwa aktar immirat għall-adolexxenti, minkejja li l-istil kontemporanju u t-tematika tiegħu huma relevanti wkoll għall-adulti. Iż-żewġ xogħlijiet l-oħrajn huma drammi li wieħed minnhom rajtu meta ttella’ t-Teatru Manoel u li fit-tnejn li huma hemm temi li jidhru f’kull kitba oħra tagħha. Ir-referenzi għal dawn ix-xogħlijiet f’din it-teżi huma minimi għar-raġuni li xtaqt li jkun hemm analiżi dettaljata tal-ġabra ta’ novelli f’Il-Linja l-Ħadra. Wieħed mill-elementi li jispikkaw fil-pubblikazzjonijiet ta’ Clare Azzopardi huwa l-preżentazzjoni finali għax il-qoxra tal-ktieb tikkonferma l-fehma popolari li “l-ewwel ma tiekol l-għajn.” Il-Linja l-Ħadra, u mhux b’inqas xogħlijiet oħra, għandu qoxra li toħloq kurżità għal dak li hemm fil-ktieb. Il-fatt li t-titlu jimxi id f’id ma’ dak li tippreżenta l-qoxra juri kemm l-ovvju jaf ma jkunx mistenni u li dak li wieħed jaħseb li jaf sew, ma jibqax daqshekk ċar. Il-kitbiet ta’ din l-awtriċi jieħdu din il-forma pjuttost imprevedibbli u l-qarrejja sikwit jissorprendu ruħhom bil-ġrajjiet ta’ din il-ġabra ta’ stejjer. Il-ktieb ilaqqagħna ma’ individwi bi stejjer u episodji minn ħajjithom li aktarx ma tistenniex li jidhru fi ktieb bħal dan. L-element ta’ surrealiżmu jispikka u jispikkaw ukoll is-sorpriżi f’ħajjet dawn l-individwi. L-użu tal-metafora tul in-novelli jiddomina iżda jingħaqad ma’ mekkaniżmi oħra li jagħmluha aktar effettiva. Għaldaqstant fid-diskussjoni dwar il-metafora jissemmew għodod oħra li jitwaħħdu magħha biex ikun hemm l-effetti mixtieqa. It-tieni u t-tielet kapitlu janalizzaw lista ta’ metafori li tfasslet qabel bdiet il-kitba ta’ din it-teżi. Il-metafori ġew ikkategorizzati skont it-temi u s-suġġetti li jmissu magħhom. It-tieni kapitlu janalizza b’mod speċifiku l-personifikazjoni, id-deumanizzazzjoni u t-transferred epithet, li għalkemm toħroġ f’kull metafora, anke dawk tat-tielet kapitlu, hija aktar evidenti f’din it-taqsima. Se nara liema elementi joħorġu ta’ spiss u b’mod rikorrenti fl-istejjer ta’ dan il-ktieb u liema temi joħorġu f’għadd kbir ta’ metafori. Dawn l-elementijispikkaw fl-istil ta’ kitba ta’ Azzopardi u allura se jkunu kruċjali għall-analiżi tiegħi. It-tielet kapitlu se jiffoka aktar fuq dawk il-metafori li janalizzaw l-emozzjoni u huma iżjed intensi minn dawk li janalizzaw temi aktar tanġibbli. Fit-tieni kapitlu se niffoka fuq ir-relazzjonijiet tal-bnedmin magħhom infushom u ma’ xulxin, mentri fit-tielet kapitlu hemm relazzjoni aktar profonda mal-ħajja u mad-dinja ta’ madwarhom għax jidħlu temi eżistenzjali. Minkejja dan, huwa diffiċli li taqta’ linja dritta bejn grupp ta’ metafori u ieħor għax kollha jidħlu f’xulxin b’tali mod li ma jistgħux jinfirdu għalkollox. L-għan ta’ din it-teżi huwa li nanalizza l-metafori ta’ Azzopardi b’dawl fuq dak li jkun intqal fuq il-metafora qabel. Dak li jinteressani l-aktar huwa l-kontemporanjetà tal-kitba u l-mod kif jinħolqu l-metafori u l-effetti li jħallu. Se niddiskuti metafori qodma u kif issa saru moderni u kif japplikaw għall-karattri u l-istejjer b’mod lokali u fl-istess ħin b’interpretazzjonijiet universali.