OAR@UM Community:
Ma' l-Arcisqof fit-triq tal-ħajja
    <description>Title: Ma' l-Arcisqof fit-triq tal-ħajja
Abstract: Il-pamflet "Ma' l-Arċisqof fit-triq tal-ħajja" (1961) huwa dokument maħruġ fil-kuntest tal-kriżi politiko-reliġjuża f'Malta biex jiddefendi l-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika u tal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-kitba tħeġġeġ lill-fidili Maltin biex jibqgħu leali lejn it-tagħlim morali u reliġjuż tal-Knisja difront għall-ideoloġiji soċjalisti u sekulari ta' dak iż-żmien. Permezz ta' orjentazzjoni spiritwali u morali, il-pamflet jinsisti li il-fidi Kattolika għandha tibqa' il-pedament tas-soċjetà u li l-ubbidjenza lejn il-ġerarkija ekkleżjastika hi essenzjali għall-ħarsien tal-ħajja Kristjana</description>
Fabio Chigi
    <description>Title: Fabio Chigi
Abstract: Monsinjur Arthur Bonnici jippreżenta studju storiku dwar Fabio Chigi (li aktar tard sar il-Papa Alessandru VII) u ż-żmien li qatta' f'Malta bħala Inkwiżitur u Delegat Appostoliku bejn l-1634 u l-1639. L-artiklu janalizza r-relazzjonijiet diplomatiċi tiegħu mal-Ordni ta' San Ġwann, l-isfidi li ffaċċja fl-amministrazzjoni tal-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni, u l-impatt li l-esperjenza Maltija kellha fuq il-karriera ekkleżjastika tiegħu.</description>
Mons. Emmanuel Galea : t-tielet isqof mill-Belt Senglea u l-festa ta' Marija Bambina
    <description>Title: Mons. Emmanuel Galea : t-tielet isqof mill-Belt Senglea u l-festa ta' Marija Bambina
Abstract: Dan l-artiklu jagħtina nformazzjoni dwar l-ħajja u l-ħidma ta’ Monsinjur Emanuel Galea, li kien it-tielet Isqof mill-Belt Senglea u figura importanti fil-Knisja Maltija. Twieled fl-1891 f’familja reliġjuża li kellha influwenza qawwija fuq it-trobbija spiritwali tiegħu, u minn età żgħira wera intelliġenza u inklinazzjoni lejn it-tagħlim reliġjuż. Studja fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta, fejn kiseb diversi kwalifiki akkademiċi, u kompla jistudja barra minn Malta f’Ruma fejn kiseb dottorat fil-liġi tal-Knisja. Matul ħajtu, Galea ddedika ruħu għas-servizz pastorali u edukattiv, inkluż it-tagħlim tal-katekiżmu, u kien meqjus bħala mexxej spiritwali importanti. L-artiklu jsemmi wkoll il-proċess li beda biex possibilment jiġi kanonizzat, li juri kemm kien rispettat u apprezzat għall-kontribut tiegħu fil-Knisja u fis-soċjetà Maltija. Il-ħidma pastorali tiegħu kienet mifruxa u intensa, speċjalment fit-tagħlim tal-katekiżmu u fil-formazzjoni spiritwali tal-fidili. Galea kien magħruf għall-qrubija tiegħu man-nies, u kien iqatta’ ħafna ħin jassisti lill-familji, iż-żgħażagħ u dawk fil-bżonn. Huwa ma kienx limitat għall-predikazzjoni biss, iżda kien jinvolvi ruħu direttament fil-ħajja tal-komunità, billi joffri gwida spiritwali u jsaħħaħ il-valuri Nsara fil-ħajja ta’ kuljum.  Il-Ħadd, 5 ta' Lulju, 1942, kien jum ta' ferħ għal Monsinjur Emanuel Galea u għas Sengleani, ghaliex fil Katidral ta' l-Imdina ġie kkonsagrat bħala isqof of bit-titular ta' Tralles. L-Isqof Emanuel Galea assista lill-Arċisqof Mawru Caruana fil-missjoni tiegħu, u wara serva wkoll taħt l-arċisqof Mikiel Gonzi.</description>
Monsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925)
    <description>Title: Monsinjur Injazju Panzavecchia : Saċerdot - Politiku (1855-1925)
l-ħidma politika fis-sena 1880, b'sens patrijottiku-reliġjuż. Fis-sena 1891 ġie magħżul biex jirrappreżenta lill kleru Malti fil-Kunsill tal-Gvern, bħala politiku kien wieħed mill-ewlenin li tħabat biex Malta jkollha s-self Government. Kien jemmen fil-ħiliet tal-Maltin, u kien widdeb li l-pajjiż ma jistax jitmexxa bil-forza.  Fit-2 ta' Ġunju, 1895, waqqaf il-Partito Papalare, fejn hu ġie maħtur bħala mexxej. Il-prinċipji tiegħu kienu bbażati fuq id-dritt li l-Maltin ikollhom aktar awtonomija u b'sens ta' patrijottiżmu ma jieqfu  qatt milli jeħduha kontra l-Ingliżi li ma kinux qed jagħtu każ t-talbiet tiegħu.  Fis-sena 1910, Mons. Panzavecchia waqqaf il-Comitato Patriottico, li kellu bħala skop ewlieni politika qawwija astensjonista u dan bi protesta kontra l-Gvern Ingliż. Fis-sena 1921, ġiet mogħtija l-kostituzzjoni l-ġdida li biha beda jkun hawn għall-ewwel darba Gvern Malti,  li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-pajjiż. Hawnhekk, Mons. Panzavecchia fl-età ta' 66 sena, waqqaf il-partit tiegħu bl-isem ta' Unione Politica Maltese. Il-partit kien ispirat mir-Reliġjon Kattolika, il-kultura Taljana bħala xhieda taċ-ċiviltà Latina u Ewropea ta' Malta, u l-għajta għad-drittijiet kostituzzjonali fil-limiti tal-lealtà lejn l-Ingilterra.</description>