OAR@UM Collection:
Min kienet il-Veronika?
    <description>Title: Min kienet il-Veronika?
Authors: Muscat, Noel
Abstract: Fil-belt ta’ Ġerusalemm, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-Patrijiet Franġiskani tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa, flimkien ma’ mijiet ta’ pellegrini u Insara lokali, jimxu l-Via Dolorosa mill-Pretorju ta’ Pilatu, fejn Ġesù ġie kkundannat għall-mewt, sal-Kalvarju u l-Qabar ta’ Kristu, fil-kumpless tal-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu, biex jitolbu l-Via Crucis, il-meditazzjoni ta’ 14-il stazzjon fuq il-misteri tas-Salib. L-istorja ta’ din id-devozzjoni, li hi antika ħafna, u li bdiet minn Ġerusalemm biex imbagħad xterrdet mal-knejjes tad-dinja, mhux l-ewwel darba li tkellimna dwarha. Hawnhekk sejrin nieqfu fuq stazzjon partikulari tal-Via Crucis, li jfakkar figura u ġrajja li ma jinstabux fir-rakkonti tal-Passjoni fil-Vanġeli, imma li huma frott tat-tradizzjoni Kristjana ta’ Ġerusalemm. Qiegħed nirreferi għas-sitt stazzjon, fejn nimmeditaw il-laqgħa ta’ Ġesù mal-Veronika. Min kienet din il-mara misterjuża, li hi meqjuma bħala qaddisa, u li hi magħrufa għax ixxuttat il-Wiċċ sofferenti ta’ Ġesù fis-sudarju jew xugaman li fuqu mbagħad il-Mulej ħalla stampata x-xbieha ta’ Wiċċu.</description>
L-ewwel traċċi ta’ ministeri ekkleżjali fl-Atti tal-Appostli
    <description>Title: L-ewwel traċċi ta’ ministeri ekkleżjali fl-Atti tal-Appostli
Abstract: Il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli li fi tradizzjoni antika hu attribwit lil San Luqa, jagħtina informazzjoni storika-teoloġika dwar il-komunità nisranija ta’ Ġerusalemm u dik f ’Antijokja tas-Sirja. Din l-informazzjoni dwar dawn il-komunitajiet insara tal-bidu, titfa’ dawl dwar strutturi u allura ministeri ekkleżjali li żviluppaw bħala tweġiba għall-ħtiġijiet partikulari li bdew iqumu f ’waqtiet storiċi differenti f ’dawn l-istess knejjes differenti. Nistgħu ngħidu li l-ebda struttura msemmija hawnhekk ma tista’ tiġi kkunsidrata normattiva u eskluża għall-oħrajn. Huwa minnu wkoll li minn dawn l-eżempji nistgħu nisiltu xi linji ġenerali, imma dawn ma jiffurmawx mudell lest għall-Knisja llum. Dan mhux biss minħabba li ma nistgħux inkunu ċerti kif dawn il-ministeri kienu jiffunzjonaw, imma wkoll għax ma nafux x’hemm f ’dan il-mod kif kienu jiffunzjonaw li jista’ jitqies normattiv għall-Knisja. F’dan l-artiklu se nisiltu xi siltiet mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli li jistgħu jgħinuna napprezzaw aktar kif il-Knisja tal-Bidu bdiet tifforma ruħha fir-rigward ta’ dak li aktar ’il quddiem kellu jkompli jiżviluppa bħala ministeri ekkleżjali strutturali u ġerarkiċi. Bl-ebda mod, iżda dawn il-ftit ħsibijiet ma nistgħu nqisuhom bħala studju komprensiv ta’ dan issuġġett wiesa’ u delikat li għadu qed jiġi studjat.</description>
Ħruq doluż, Ester u Mordekaj u l-festa tal-Purim
    <description>Title: Ħruq doluż, Ester u Mordekaj u l-festa tal-Purim
Abstract: Jidher li s-santwarju Lhudi tal-qabar ta’ Ester u Mordekaj f ’Ħamadan, l-Iran, ġarrab xi ħruq doluż. Din l-aħbar ingħatat minn Benjamin Weinthal, nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju, fuq is-sit elettroniku tal-Jerusalem Report. Hu kkwota lil Jonathan Greenblatt, Direttur Nazzjonali tal-Anti Defamation Leauge li għadda tweet fuq Twitter. Hekk kiteb: “Aħbar kerha mill-Iran fejn ingħad li xi ħadd ipprova jaħraq ilqabar ta’ Ester u Mordekaj, santwarju Lhudi. Nittamaw li l-awtoritajiet jagħmlu ġustizzja ma’ dawk li għamlu dan l-att mistmerr u jibqgħu jiġu mħarsa il-postijiet qaddisa tal-minoranzi reliġjużi kollha fl-Iran.”</description>
It-tvenvin tas-silenzju li jgħib (2)
    <description>Title: It-tvenvin tas-silenzju li jgħib (2)
Abstract: Martin Buber jittraduċi l-espressjoni “U wara t-theżżiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset żiffa ħelwa” (1 Slat 19,12) hekk: It-tvenvin tas-silenzju li jgħib. L-awtur tal-Ktieb ta’ Ben Sirak ukoll jiddedika ħdax-il-vers dwar Elija, iżda jsemmi wkoll il-Ħoreb u s-Sinaj (Sir 48,1-11) bit-tifsiriet marbuta kollha magħhom.</description>