OAR@UM Collection:
Il-Bibbja : għajn ta’ talb
    <description>Title: Il-Bibbja : għajn ta’ talb
Abstract: Il-Bibbja hija għajn ħajja ta’ talb. Bħall-profeta Iżaija issejħilna: “Ejjew intom ilkoll li bikom il-għatx, ejjew għall-ilma” (Iż 55: 1). Aħna bil-għatx biex nitolbu, bil-għatx biex nisimgħu u niġu mismugħa minn Alla tagħna li huwa mħabba. Dan il-għatx naqtgħuh bl-Iskrittura. Jekk naqraw il-Bibbja kuljum insibu għajnuna kbira għall-ħajja ta’ talb mibnija fis-sod, ħajja ta’ talb mibnija fuq relazzjoni intima ma’ Alla. Hija relazzjoni li tgħinna nidħlu xi ftit fil-misteru tal-kobor t’Alla. Kobor li jdawwalna u jurina dak li verament aħna: ċkejnin, midinbin u fi bżonn kbir tiegħU. Nistgħu b’hekk nagħmlu esperjenza tas-sliem, il-ferħ, il-barka u s-salvazzjoni li Alla joffrielna. Nikbru fil-għarfien ta’ l-imħabba tremenda li biha Alla jħobbna, l-interess u l-kura tiegħU. Nitgħallmu nersqu lejn Alla bil-fiduċja u bl-imħabba.</description>
Il-profeta Eżekjel l-għaqda bejn Israel u l-Ġudea
    <description>Title: Il-profeta Eżekjel l-għaqda bejn Israel u l-Ġudea
Abstract: Din it-tħabbira daqskemm xewqa mqanqla tal-għaqda bejn Israel u l-Ġudea li jitkellem dwarha il-profeta Eżekjel qiegħda dritt wara d-dehra tal-għaġeb li kellu l-profeta dwar l-għadam niexef (Eżk 37,1-14). Dejjem bil-qawwa tal-Ispirtu dan l-għadam li kien qed jippreżenta lil-Lhud tal-Ġudea fl-eżilju tal-Babilonja jieħu l-ħajja u jqum.</description>
L-ittra ta’ San Ġakbu (2)
    <description>Title: L-ittra ta’ San Ġakbu (2)
Abstract: Għal L. Thuren (1995), id-diviżjoni tal-ittra hija din: exordium (1:1-18); temi tal-perseveranza u perfezzjoni (1:2-4,12-18), l-għerf u l-flus (1:5-11); propositio (1:19-27), kliem u azzjoni (1:19a-21a), il-kelma u l-azzjoni (1:21b-25), il-kliem u l-flus (1:26-27); argumentatio (2:1-5:6), azzjoni u flus (2:1-26), kliem u għerf (3:1-4:12), kliem u azzjoni (4:13-5:6); peroration (5:7-20), recapitulatio (5:7-11) u conquestio (5:12-20). R. Kruger jara struttura konċentrika biċ-ċentru jkun 2:1-26 dwar il-fidi u l-opri, f ’1:2-8 bħala introduzzjoni u 5:7-20 bħala konklużjoni. J.E. Cellerier jitkellem minn 3 partijiet: 1:1-2:26; 3:1-5:11 u 5:12-20. J.B. Mayor jaqsam l-ittra f ’9 sezzjonijiet: 1:1-18, 19-27; 2:1-13, 14-26; 3:1-12, 13-18; 4:1-17; 5:1-11 u 12-20. H. von Soden jaqsamha f ’1:1; 2-18, 19-27; 2:1-26; 3:1-17; u 4:1-5:20. Waqt li J.H. Ropes jara dawn it-taqsimiet: 1:2-2:26; 3:1-18 u 4:1-5:20. J.B. Reicke għandu 5 diviżjonijiet: 1:2-18; 2:1-26; 3:1-8; 4:1-5:6 u 5:7-20. Permezz tal-analiżi retorika W. Wuellner fl-1978 jara: introduzzjoni f ’1:1-12 magħmula minn preskritt epistulari (1:1), exordium (1:2-4), narratio (1:5-11) u propositio (1:12). Hemm l-argumentatio (1:13-5:6) li Wuellner jaqsmu f ’7 sezzjonijiet: 1:13-27; 2:1-13, 14-26; 3:1-12, 13-18; 4:1-12; u 4:13-5:6. Hemm il-peroratio f ’5:7-20. D.H. Edgar (2001) għandu din l-istruttura: 1:2-18 (exordium); 1:19-27 (prothesis, il-fatti); 1:19-3:18 u 4:1-5:20. B. Witherington (2007) jara l-exordium f ’1:2-18; 1:19-27 bħala propositio; 2:1-26; 3:1-18 u 4:1-5:6; 5:7-20 bħala peroratio. F.O. Francis jipproponi erba’ partijiet: 1:2-27 (il-ferħ); 2:1-26 (il-fidi u l-parzjalita’); 3:1-5:6 (l-imħabba tal-kelma); 5:7-20 (eżortazzjoni tal-aħħar). F. Vouga jipproponi: 1:2-18 (tissaporti l-provi); 1:19b-3:18 (tirrealizza l-kelma u tirreżisti l-qawwiet); 4:1-5:20 (tagħti xhieda talprovidenza t’Alla quddiem il-qawwiet). Fl-istruttura konċentrika: 2:1-13 huwa ċ-ċentru, fejn 1:2-3 huma paralleli għal 5:7-10; 1:5-11 huma paralleli għal 4:11-5:6; u 1:1-26 ma’ 3:1-12. Skont J. Reese (1982) hemm struttura kjastika fejn iċ-ċentru hija l-perikopa 3:1-18, bil-perikopi 2:1-26 u 4:1-5:6 jikkorrespondu għal xulxin u 1:2-27 u 5:7-70 jikkorrespondu għal xulxin. R. Crotty (1992) għandu struttura kjastika differenti fejn huwa jżomm il-perikopa 4:1-3 bħala iċ-ċentru, bi 1:16-18 u 5:19-20; 1:19-27 u 5:12-18; 2:1-26 u 4:11-5:11; u 3:1-18 u 4:4-10 jikkorrespondu għal xulxin.</description>
Il-knisja tan-Nea Theotókos
    <description>Title: Il-knisja tan-Nea Theotókos
Abstract: Il-belt ta’ Ġerusalemm tħares fiha diversi Knejjes u Santwarji marbutin mal-ġrajjiet tal-fidwa. Dawn il-Postijiet Qaddisa ġew imħarsa matul l-ewwel żewġ sekli tal-era Kristjana mill-komunità Lhudija-Kristjana li kienet tifforma l-Knisja-Omm ta’ Ġerusalemm. Meta mbagħad intemm iż-żmien tal-persekuzzjonijiet tal-Imperu Ruman, u l-Imperatur Kostantinu, bl-editt ta’ Milan fi Frar tas-sena 313 ta l-libertà lir-reliġjon Kristjana, u speċjalment wara li ommu Elena żaret l-Art Imqaddsa fis-sena 326, wara li binha Kostantinu kien iddikjara l-Kristjaneżimu bħala reliġjon uffiċjali fl-Imperu waqt il-Konċilju ta’ Nicea (325), fl-Art Imqaddsa beda perjodu ta’ bini ta’ Knejjes u Bażiliċi importanti, b’mod partikulari l-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu f ’Ġerusalemm, il-Bażilika tan-Natività f ’Betleħem, u l-Bażilika tal-Eleona fuq l-Għolja taż-Żebbuġ.</description>