OAR@UM Collection:
Il-kitbiet apokrifi
    <description>Title: Il-kitbiet apokrifi
Abstract: Xi kultant niltaqgħu ma’ kitbiet li b’xi mod jixbhu l-Kotba Mqaddsa kemm ta’ l-Antik kif ukoll tal-Ġdid Testment. Per eżempju, il-Vanġelu ta’ Tumas, il-Proto-Vanġelu ta’ Ġakbu, l-Apokalissi ta’ Pawlu, l-Atti ta’ Pietru eċċ. X’inhuma dawn il-kitbiet? Għaliex mhumiex parti mill-Kotba Mqaddsa meta jixbhuhom tant? Min kitibhom, lil min u għaliex? Għaliex il-Knisja qatt ma titkellem dwarhom fil-predikazzjoni u fit-tagħlim tagħha?</description>
Il-profeta Eżekjel il–qawmien tal-għadam niexef (Eżk 47, 1-12) (2)
    <description>Title: Il-profeta Eżekjel il–qawmien tal-għadam niexef (Eżk 47, 1-12) (2)
Abstract: Ix-xena tal-għadam niexef qoxqox li ra l-profeta Ezekjel, u li dawn bil-qawwa ta’ l-ispirtu li għadda minn fuqhom, daħal fihom reġgħu ħadu l-ħajja, u waqfu fuq riġlejhom, hija waħda mill-aktar xeni suġġestivi li hemm fil-ktieb tal-profeta fuq imsemmi. Din ixxena twassal sew, preċiż u f ’ambjent ċar fejn kien u kemm kien qed ibati l-poplu magħżul ta’ Alla, poplu f ’minoranza kbira. Kien fl-eżilju iebes tal-Babilonja. Iżda fl-istess ħin dan il-poplu kien qed jistenna l-ħelsien, poplu li sakemm seta’, u sakemm kienu iħalluh jagħmel u jipprattika twemminu, dan ipprattikah b’imħabba, rispett u b’fedeltà l-aktar kbira lejn it-Torah.</description>
L-ittra ta’ San Ġakbu (3)
    <description>Title: L-ittra ta’ San Ġakbu (3)
Abstract: Skont M. Dibelius (studjuż ta’ San Ġakbu), l-ittra ta’ San Ġakbu hija dwar ilpjeta’ tal-faqar. L-ittra ta’ San Ġakbu kontinwament tirreferi għaż-żewġ klassi ekonomiċi: il-għonja (‘ho plousios’) u l-foqra (‘ho ptochos’) kif naraw f ’1:9-11; 2:2-6; u 5:1-3: “Ejjew issa, intom l-għonja, ibku u ixhru fuq l-għawġ li ġej fuqkom! Ġidkom tħassar, ħwejjiġkom kilithomlkom il-kamla. Id-deheb u l-fidda tagħkom rabbew is-sadid, u s-sadid tagħkom għad jixhed kontra tagħkom u jiklilkom ġisimkom bħan-nar. Ħżintu l-ġid fl-aħħar jiem!”. Din id-dikotomija soċjali kienet teżisti ukoll fost l-insara tal-bidu. Din il-problema mhux biss tidher hawnhekk, imma narawha f ’Galatin 2:9-10; 2 Korintin 8:9; Rumani 15:22-29; Atti 2:44-45; 5:1-11; u 11:29, fejn naraw il-komunita’ ta’ Ġerusalemm bħala waħda fqira u li kellha bżonn l-għajnuna. Alla jagħżel (‘Theos ekzelezato’) lill-foqra biex ikunu sinjuri fil-fidi (‘plousious en pistei’, ara ukoll Efesin 2:4) u werrieta tas-saltna (‘kleronomous tes basileias’), bħala l-premju eskatoloġiku (ara Isaija 60:21 u Mattew 25:34: “Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja”). Naraw li xi uħud mill-għonja nsara kienu jwettqu diskriminazzjonijiet mal-foqra (2:1-4; 3:13-16; 4:13-16; u 5:4-6) u għalhekk is-sofferenza tal-foqra. Il-foqra kienu għalhekk isibu l-faraġġ tagħhom fil-Mulej: “Ara, il-ħlas tal-ħaddiema li ħasdu l-għelieqi tagħkom - ħlas li intom żammejtuhulhom bil-qerq - qiegħed jgħajjat kontra tagħkom, u l-biki ta’ dawk li ħasdu wasal f’widnejn il-Mulej tal-eżerċti” (5:4).</description>
Il-Knisja tal-Axxensjoni fuq l-Għolja taż-Żebbuġ
    <description>Title: Il-Knisja tal-Axxensjoni fuq l-Għolja taż-Żebbuġ
Abstract: L-Għolja taż-Żebbuġ, bl-Għarbi Jabal az-Zaytun, u bl-Ebrajk Har ha-Zeitim, tinsab fuq ix-xaqliba tal-lvant tal-Belt antika ta’ Ġerusalemm, faċċata tal-ispjanata tat-Tempju. Hi togħla 826 metri fuq il-livell tal-baħar. Ix-xaqliba li tħares fuq Ġerusalemm hi miksija siġar taż-żebbuġ, żnuber u ċipress, filwaqt li x-xaqliba l-oħra hi aktar arida, għax tħares fuq id-Deżert tal-Lhudija, jew Deżert ta’ Ġuda.</description>