OAR@UM Collection:
Eżekjel il-profeta tas-simboli
    <description>Title: Eżekjel il-profeta tas-simboli
Abstract: Meta wieħed jaqra l-ktieb tal-profeta Eżekjel, dan dritt jinduna kemm fih simboli u wħud minnhom strambi wkoll. Naturalment il-profeta b’dawn is-sinjali ried iwassal messaġġ lin-nies ta’ żmienu, liema messaġġ in-nies dritt fehmuh. Ħafna drabi dan il-messaġġ tant kien ikun ċar, qawwi u dirett li l-istess profeta anqas biss ma kien ifissru, imma il-messaġġ kien jasa; u jasal bla mittiefes fost in-nies.</description>
L-ittra ta’ San Ġakbu (4)
    <description>Title: L-ittra ta’ San Ġakbu (4)
Abstract: It-titlu ta’ Alla ‘ho theos’ insibuh 16-il darba. It-titlu ta’ ‘kyrios’ (Mulej) li nsibuh 8 darbiet fl-ittra jirriferi mhux biss għal Alla imma wkoll għal Kristu. L-ittra tara lil Alla bħal Ħallieq u Missier ta’ l-univers (1:16-18). Ħalaq l-univers liberalment permezz talkelma tiegħu: “Għax ried hu, wilidna bil-kelma talverità, biex inkunu l-ewwel frott tal-ħlejjaq tiegħu” (1:18). L-ispirtu ta’ Alla jgħix fil-bniedem (3:9 u 4:6). Għal Ġakbu Alla huwa wieħed u veru kif naraw f ’2:19: “Inti temmen li Alla huwa wieħed, u tagħmel sew. U dan ix-xjaten ukoll jemmnuh, u jitriegħdu”</description>
Il-Knisja tal-Pater Noster [Eleona]
    <description>Title: Il-Knisja tal-Pater Noster [Eleona]
Abstract: Ftit passi ’l isfel mill-quċċata tal-Għolja taż-Żebbuġ, fejn hemm il-fdalijiet tal-Knisja tal-Axxensjoni, it-triq li tinżel u tinfired fi tnejn, naħa minnhom li tinżel lejn Betfaġe (kienet anke tasal sa Betanja qabel ma nbena l-ħajt ta’ sigurtà bejn Ġerusalemm u l-kumplament tat-territorji Palestinjani), u naħa oħra li tinżel lejn il-Ġetsemani u l-Wied tal-Kedron. F’dan il-post hemm id-daħla taż-żona sagra li fiha kienet tinsab il-Knisja tal-Pater Noster, u l-kripta jew għar qaddis li fih il-Mulej għallem it-Talba tal-Missierna lill-Appostli. Illum minn din il-Knisja fadal biss xi ftit fdalijiet, imma l-għar qaddis għadu jeżisti u fih il-pellegrini jfakkru l-preżenza tal-Mulej li fuq l-Għolja taż-Żebbuġ kien jistkenn mal-Appostli f ’dan l-għar, fejn kellimhom dwar l-aħħar żminijiet.</description>
Editorjal : x’relazzjoni għandna ma’ Israel?
    <description>Title: Editorjal : x’relazzjoni għandna ma’ Israel?
Abstract: Fit-30 ta’ Lulju dehret fuq it-Times of Malta intervista li saret lill-Ambaxxatur Israeljan għal Malta Ze’ev Boker. Intervista interessanti li tixħet dawl fuq l-istat attwali tar-relazzjonijiet politiċi bejn Malta u l-iStat ta’ Israel. Naraw fil-qosor dak li qal l-Ambaxxatur u nagħmlu analiżi tiegħu fid-dawl ukoll tal-importanza li Israel għandu mhux biss fix-xena politika, imma wkoll fil-kuntest tar-relazzjonijiet mar-reliġjonijiet differenti, inkluża l-preżenza Kattolika f ’dik li għalina hi l-Art Imqaddsa.</description>