OAR@UM Collection:
Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
    <description>Title: Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
Abstract: Din hija l-konferenza nazzjonali fuq “Il-Qawwa tal-Kelma: Ir-Retorika Politika,” li saret nhar is-Sibt, 22 ta’ April 2023, bejn it-8.30am u s-1.00pm, fl-Aula Prima tal-Valletta Campus tal-Università ta’ Malta fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Il-konferenza kienet organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università.</description>
L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff
    <description>Title: L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff
Authors: Borg, Christabelle
Abstract: F'dan id-diskors se niskopri aħjar lil Duminku Mintoff minn kliemu. Għalija l-kelma għandha saħħa qawwija. Kif kien jgħidli wieħed mit-tuturi tiegħi, Prof. Oliver Friggieri, b’kelma tista’ tibni jew tkisser ħbiberija, relazzjoni u saħansitra nazzjon. Il-kelma hi arti fiha nnifisha u jeħtieġ li tiġi studjata b’reqqa għaliex tixħet dawl fuq bosta affarijiet, u bla ma nafu tgħinna nifhmu aħjar lill-persuna li tkun lissnitha. Kien għalhekk li għat-teżi tiegħi għażilt li nistudja għadd ta’ diskorsi politiċi li għamel Mintoff waqt meetings pubbliċi fl-1962. Malta tas-snin sittin kienet għaddejja minn perjodu ta’ taqlib kbir. Kienet għadha marbuta ma’ tip ta’ mentalità li fiha l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika kellha l-poter morali kollu f’idejha, u dan ħalla effetti kbar fuq il-poter politiku. Mintoff, bħala l-mexxej tal-Partit Laburista, u l-Kurja, kienu għaddejjin bil-ġlieda politika-ekkleżjastika. Ir-rabja li kienet qiegħda tikbes f’Mintoff minħabba għadd ta’ restrizzjonijiet ħarġet fid-diskorsi mqanqla tiegħu u tinħass fix-xejriet ta’ amplifikazzjoni fil-metafori u fit-ton ironiku. Il-kelma “interdett” innifisha kienet tesprimi tajjeb il-kunflitt bejn iż-żewġ naħat, il-ħajt li ttella’ bejniethom, u kienet tinstema’ sew fil-pjazza meta l-miġemgħa kienet tinġabar għal xi mass meeting.</description>
Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva : id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982
    <description>Title: Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva : id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982
Authors: Stagno, Lara
Abstract: Ir-retorika pubblika, bir-raġun kollu, titqawwa f’mument ta’ kriżi politika jew deċiżjonijiet politiċi kruċjali. Id-diskorsi politiċi tal-1981 u l-1982 seħħew f’kuntest kontroversjali u uniku fl-istorja politika Maltija: il-kampanja elettorali li wasslet għall-elezzjoni ta’ Diċembru li kif stqarr Oliver Friggieri “pproduċiet riżultat li Mintoff stess stqarr li kien pervers” (Eddie Fenech Adami 14). Dan għaliex il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Parlament u l-minoranza ta’ voti, waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza tal-voti u l-minoranza ta’ siġġijiet. Bħala mexxej relattivament ġdid, b’erba’ snin biss ta’ esperjenza, meta mqabbel mar-rival tiegħu, Dom Mintoff, bi tnejn u tletin sena fil-politika, Fenech Adami ried jistabbilixxi lilu nnifsu permezz ta’ kliemu u għemilu sabiex jikseb il-fiduċja tal-maġġoranza tal-poplu Malti. L-isfidi tiegħu f’dawk is-sentejn kienu fuq żewġ livelli: fuq naħa l-paċifikazzjoni tat-tensjonijiet li żviluppaw bejn iż-żewġ partiti, u fuq in-naħa l-oħra l-kriżi kostituzzjonali maħluqa mir-riżultat pervers tal-elezzjoni. Aktar ’il quddiem żdiedet sfida oħra, din id-darba internazzjonali, għat-tisħib ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fenech Adami rrikorra l-ewwel għad-djalogu, bħala forma ta’ medjazzjoni mibdija, bi tweġibiet pubbliċi għal dak li jkun stqarr l-avversarju politiku tiegħu f’diskors preċedenti; imbagħad “b’reazzjonijiet intensi mill-Partit Nazzjonalista, fosthom il-bojkott lil Xandir Malta, l-assenza mill-postijiet tax-xogħol fl-Imnarja, l-assenteiżmu parlamentari u “l-‘mass meetings’ verament kbar” (Friggieri, “Eddie Fenech Adami” 14). Fenech Adami: avukat, politiku, kap ta’ familja u bniedem bi prinċipji Demokristjani – seta’ jitqies, f’dawn iċ-ċirkostanzi u r-reazzjonijiet tiegħu għalihom, bħala bniedem b’kariżma etika?</description>
It-traġitt fil-ħsieb edukattiv : ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo
    <description>Title: It-traġitt fil-ħsieb edukattiv : ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo
Authors: Seguna, Omar
Abstract: Il-ħsibijiet ta’ eks ministri tal-edukazzjoni għandhom importanza kbira sabiex nifhmu deċiżjonijiet ewlenin f’dan il-qasam. Hawnhekk se nagħti ħarsa lejn dak li xpruna żewġ ministri tal-Edukazzjoni, l-Eċċellenza Tiegħu Dr Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritus, u s-Sur Evarist Bartolo, sabiex fasslu l-politika tagħhom u l-impatt li din ħalliet. Se nipprova wkoll nagħti ħarsa ħafifa, fil-limitazzjonijiet li għandi, biex nanalizza kif inbidlet ir-retorika politika mill-aħħar tas-snin tmenin sad-disgħinijiet, u minn qabel l-2013 għal wara dik l-elezzjoni. L-għażla ta’ dawn iż-żewġ personaġġi saret proprju minħabba ż-żmien partikolari illi fihom wettqu l-politika tagħhom, jiġifieri wara bidla relattivament twila tal-partit fil-Gvern; dik tad-9 ta’ Mejju 1987 li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Eċċellenza tiegħu Dr Eddie Fenech Adami (President ta’ Malta bejn l-2004 u l-2009) u dik tad-9 ta’ Marzu 2013 li ntrebħet mill-Partit Laburista mmexxi minn Dr Joseph Muscat. Dawn iż-żewġ elezzjonijiet kienu karatterizzati minn wegħdiet li kellhom iġibu bidliet radikali (Engerer, 2013, Fenech Adami, 2014). Għaldaqstant ikun ta’ interess li ngħarrxu ftit x’kienu d-deċiżjonijiet politiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u wisq iktar kif inbidlet ir-retorika politika minn żmien ta’ qabel dik li tkun tingħad qabel l-elezzjoni mill-amministrazzjoni preċedenti għal dik proposta mill-partit alternattiv li mbagħad wara spiċċa fil-Gvern. Irrid nagħmilha ċara għalhekk li ma nistax inqabbel il-ħidma ta’ dawn iż-żewġ politiċi u noħloq paraguni bejniethom minħabba li hemm wisq fatturi differenti u kuntrastanti, l-aktar evidenti huwa ż-żmien notevoli bejniethom. Forsi tajjeb li f’din l-introduzzjoni nsemmu xi wħud mill-kisbiet ta’ dawn iż-żewġ Ministri. Fl-ewwel snin ta’ Mifsud Bonnici bħala Ministru tal-Edukazzjoni stajna naraw riforma fl-Università u anki fis-settur postsekondarju, twaqqif mill-ġdid tal-Counselling and Guidance Unit, bidla fit-tagħlim tal-Għarbi fl-iskejjel sekondarji, amalgamazzjoni tal-Junior Craft Centres mal-iskejjel tas-snajja’, riforma fl-eżami tad-dħul tal-Liċeo, żieda ta’ tagħlim akkademiku fl-iskejjel tas-snajja’, ħatra mill-ġdid tad-Diretturi Spiritwali, bini ta’ skejjel ġodda, kundizzjonijiet aħjar għax-xogħol u reviżjoni tas-salarji tal-għalliema u ismijiet ġodda lill-iskejjel; dawn tal-aħħar x’aktarx għal xi personaġġ magħruf minn dik il-lokalità (meħuda minn Suppliment Edukazzjoni, In-Nazzjon, It-Tlieta 24 ta’ Novembru 1987). Hemm ukoll il-Liġi tal-Edukazzjoni. Fost il-kisbiet ta’ Bartolo mill-banda l-oħra nsibu l-organizzazzjoni fl-iskejjel sekondarji: Skejjel Medji u Sekondarji, l-edukazzjoni Co-ed, l-introduzzjoni ta’ suġġetti vokazzjonali, it-twaqqif ta’ programmi alternattivi ta’ tagħlim, l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu u tablet għal kull wild.</description>