OAR@UM Collection:
Id-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19
    <description>Title: Id-definizzjoni tal-Malti stanard fl-ewwel nofs tas-seklu 19
Taylor, Mikelanġ Camilleri u Fortunato Panzavecchia. Din it-teżi ssemmi s-sehem li kellha l-ewwel għaqda tal-Malti mwaqqfa fl-1836 minn Gaetano Laferla, u dik li ġiet warajha, l-Academia Filologica Maltìa, imwaqqfa fl-1842. Tistħarreġ ukoll is-sehem li kellhom il-Knisja Kattolika, l-iktar entità li kellha influwenza fl-ħajja tal-komunità lokali kontemporanja, u l-ewwel missjunarji Protestanti. Din it-teżi tistħarreġ ukoll id-deċiżjonijiet ewlenin marbutin mal-Malti li ħa l-Gvern Ingliż; l-aktar dawk li kienu ġew xprunati mill-Kummissarji Rjali John Austin u George Cornewall Lewis fl-aħħar tat-tletinijiet. Fit-teżi jidhru l-fehmiet ta’ dawn kollha bħala parti minn diskussjoni sħiħa li damet għaddejja s-snin fuq x’kellu jkun post il-Malti f’komunità li kienet għadha tqis it-Taljan u l-Ingliż bħala l-varjetajiet l-għolja. Fit-teżi jidhru fuq kollox il-fehmiet ta’ dawk li xi drabi ffukaw id-diskussjoni tagħhom fuq il-varjetajiet differenti tal-Malti u kif il-varjetà tal-ibliet kienet qed tinfirex u ssir l-istandard fost il-kelliema. Għal xi kittieba li riedu jiktbu bil-Malti, u li riedu jgħallmu l-Malti fl-iskejjel, il-kitba kellha tirrifletti dak li kien qed jiġi ppronunzjat min-nies tal-ibliet. Għal oħrajn il-kitba kellha tibqa’ tirrifletti dak li kien għadu qed jiġi ppronunzjat min-nies li kienu jgħixu fil-kampanja.
Description: Ph.D.(Melit.)</description>