OAR@UM Community:
L-Apokalissi (5)
    <description>Title: L-Apokalissi (5)
Abstract: Fl-Apokalissi niltaqgħu mas-simboliżmu terjomorfiku (‘terion’) dwar l-annimali, fejn naraw li, l-iljun jissemma 6 darbiet, l-ajkla 3 darbiet, il-ġradijiet darbtejn, id-dragun 13-il darba, il-bhima jew monstru 38 darba, iż-żiemel 16-il darba, iż-żrinġ darba, l-iskorpjun 3 darbiet, is-serpent (‘ophis’) 5 darbiet, il-kelb darba (bl-ebrajk: kalbayya u bis-sumeru: ur, simbolu tal-ħbiberija u fost il-pagani kien l-alla Gula tal-feqjan u protezzjoni), l-għasfur 3 darbiet, u fuq kollox il-Ħaruf li nsibuh 28 darba (7 għal 4 – ‘pjenezza u totalità). Għal Bauckham dan in-numru 28 ifisser: “to indicate the worldwide scope of his complete victory”. Naraw il-ħaruf jieħu l-ktieb, jiftaħ is-siġilli (jissemmew 23 darba), jagħdab, jirgħa, jiġġieled, jirbaħ, jiċċelebra t-tieġ u qiegħed fuq it-tron (li juri t-traxxendenza, imma ukoll l-preżenza tiegħu fost il-poplu). F’Ġerusalemm il-Ġdida dik tas-sema, jibqa’ biss il-Ħaruf bħala s-Salvatur (ara wkoll Ġwanni 1:9). Il-Ħaruf wieqaf (bil-grieg: ‘arnion hestos’, ara ukoll ‘bħal skarnat’, ‘come sgozzato’ ‘hos esphagmenon) f’5:6 huwa Kristu Rxoxt.</description>
Is-sejħa tal-Profeta Isaija
    <description>Title: Is-sejħa tal-Profeta Isaija
Abstract: Il-ktieb tal-prinċep tal-profeti, Isaija jservi tassew ta’ pedament sod daqskemm meħtieġ lejn tama Nisranija vera u awtentika. Dan il-ktieb iberraħ ħafna u ħafna stennija Messjanika. Illum nafu sew li dan mhux ix-xoghol ta’ awtur wieħed minħabba l-fatt li jitberrah matul diversi centinarji ta’ żmien. Jibda bit-tħeddid tal-belt ta’ Ġerusalemm madwar is-sena 740; ikompli jidħol fid-dettal tad-deżolazzjoni u niket ta’ żmien l-eżilju ta’ Babilonja u jispiċċa bil-ferħ tar-ritorn mill-eżilju flimkien ma’ l-istennija qawwija tal-Messija. Dan jaqbel perfettament ma’ kliem is-salm 126: “Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassrin ta’ Sijon, konna qisna mitlufa f ’ħolma, imbagħad bid-daħk imtela fommna, u bl-għajjat ta’ ferħ ilsienna” (Sl 126, 1-2).Dan huwa ktieb kompost li jdomm fih sitta u sittin kapitlu.</description>
Il-Vanġeli tat-tfulija – il-ġrajja ta’ l-Inkarnazzjoni
    <description>Title: Il-Vanġeli tat-tfulija – il-ġrajja ta’ l-Inkarnazzjoni
Abstract: “U l-Iben ta’ Alla sar bniedem”, nistqarru ta’ kuljum fit-talba popolari tal-Angelus, u ntennu, “U għammar fostna”. Hija l-istqarrija tal-Misteru kbir tal-Inkarnazzjoni, ta’ Alla li jsir verament bniedem għas-salvazzjoni tagħna. Misteru tremend marbut mal-Misteru tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej Ġesu’ għas-salvazzjoni tagħna. Mhux ta’ b’xejn li minn ċkunitna għallmuna nieħdu gost narmaw il-presepji tagħna matul il-ġranet sbieħ tal-Milied! Presepji li jfakkruna fil-jiem tal-Milied f ’dan il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni. Marija, Ġużeppi u l-Bambin Ġesù fil-grotta, ir-rgħajja ferħana li jiġu jqimu lill-Messija li twieled għalihom, l-anġli jkantaw fuq Betleħem, il-Maġi li jiġu bl-għotjiet tagħhom.</description>
Il-festa ta’ Ħannukâh
    <description>Title: Il-festa ta’ Ħannukâh
Abstract: Min hu midħla tat-tradizzjonijiet bibliċi Lhud ġie li ra l-kandelabru li minnu joħorġu sitt fergħat, tlieta fuq kull naħa. Dan hu l-Menorah, jew il-kandelabru li Alla ordna lil Mosè biex iqiegħed fit-tinda tal-laqgħa fil-Ktieb tal-Eżodu 25,31-32.37: “Int tagħmel ukoll imnara tad-deheb fin; tagħmilha tad-deheb mastizz: is-sieq u l-bastun tagħha, bil-ġewż u ż-żibeġ u ż-żahar, ikunu biċċa waħda magħha. Joħorġu sitt friegħi mill-ġnub tagħha, tliet friegħi min-naħa u tliet friegħi min-naħa l-oħra [...] Agħmel seba’ msiebaħ għaliha u qegħedhom fuqha biex jixegħlu madwarha.” Dan il-kandelabru kien jitqiegħed in-naħa tan-nofsinhar tat-tinda tal-laqgħa, faċċata tal-mejda bil-ħobż tal-preżenza, quddiem il-purtiera li kienet tifred il-Hekal (Qaddis) mid-Debir (Qaddis tal-Qaddisin) (Eżodu 26,35).</description>