OAR@UM Collection:
Santwarji Marjani f'pajjiżna
    <description>Title: Santwarji Marjani f'pajjiżna
Abstract: Meta wieħed jaqra t-titlu ta’ dan l-artiklu, mill-ewwel jiġu f’moħħu santwarji bħalma huma dawk tal-Vitorja fl-Isla, tal-Mellieħa, tan-Naxxar u tax-Xagħra, tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar, tal-Kunċizzjoni f’Bormla, tal-Karmnu fil-Belt Valletta u ta’ Pinu fl-Għarb, f’Għawdex, u oħrajn li huma magħrufa sew u jgawdu devozzjoni kbira. Dawn huma popolari ħafna u kollha għandhom knejjes kbar li jixhdu l-popolarità tagħhom bħala santwarji prinċipali f’pajjiżna. Iżda pajjiżna huwa mżejjen b’santwarji Marjani oħrajn li, għalkemm mhumiex kbar daqshekk, xorta jgawdu devozzjoni kbira u antika. F'dan l-artiklu Mario Colerio jagħtina nformazzjoni dwar; is-santwarji tal-Madonna tal-Ħerba (Birkirkara), l-Madonna tal-Ħlas (Qormi), tal-Karmnu li tinsab fil-Fawwar, tal-Mirakli li tinsab Ħal-Lija, s-santwarju tal-Mensija ġewwa San Gwann u tas-Samra li jinstab il-Ħamrun.</description>
Kelmtejn fuq San Filippu
    <description>Title: Kelmtejn fuq San Filippu
Abstract: F'dan l-artiklu l-awtur jikteb il-memorji ta' tfulitu marbuta mal-knisja ta' San Ġiljan u l-Oratorjani li kellhom il-kunvent mall-istess knisja.</description>
Il-knisja ta' San Ġiljan fl-Isla : tifkira tat-III ċentinarju mill-aħħar bini tagħha fl-1710
    <description>Title: Il-knisja ta' San Ġiljan fl-Isla : tifkira tat-III ċentinarju mill-aħħar bini tagħha fl-1710
Abstract: Il-Knisja ta' San Ġiljan fil-Belt Invitta (Senglea) nafu li nbniet tal-anqas tliet darbiet fl-istess post. Il-bini li naraw illum u li qed nikkommemorawlu t-III ċentenarju kien sar fl-1710 fuq pjanta tal-arkitett famuż Lorenzo Gafa, tal-Birgu. F'dik is-sena, bħal ħafna knejjes oħra f'dawn il-gżejjer li kienu ġarrbu bosta ħsarat minħabba t-terremot tal-1693, inħteġilha tinbena mill-ġdid għax iż-żmien kien għamel tiegħu. It-tieni bini tagħha li nafu bih kien sar żewġ sekli w nofs qabel fl-1539, ftit snin biss wara l-miġja tal-kavallieri f'dawn il-gżejjer meta I-capomastro Portugiż tal-Ordni, Diego de Malfreire, b'devozzjoni tiegħu u minn butu, kien bena mill-ġdid il-knisja ta' San Giljan fl-istess lokal, li kienet fi stat ħażin. It-tradizzjoni tgħidilna li din l-ewwel knisja kienet tmur lura żewġ sekli u nofs oħra, għall-bidu tas-seklu XIV.</description>
Joseph Sammut : L-Imgħallem li bena l-Bażilika ta' Marija Bambina tal-Belt Senglea
    <description>Title: Joseph Sammut : L-Imgħallem li bena l-Bażilika ta' Marija Bambina tal-Belt Senglea
Abstract: Joseph Sammut, twieled gewwa Birkirkara fl-20 ta' Dicembru 1908. Kien jattendi l-iskola tal-Freres go Villa Schinas f'Tas-Sliema u minn eta żgħira wera x-xewqa li jitħarreġ fis-sengħa tal-bini.  Huwa beda' jitgħallem din is-sengħa fis-skola ta' filgħaxija u minn eta' żgħira, missieru Antonio kien jieħu il-kuntratti f'ismu iżda kien hu li jmur fuq il-post tax-xogħol mal-ħaddiema.  Sammut ħadem ħafna mal-Inġliżi kemm qabel kif ukoll wara il-gwerra, irranġa ħafna djar u rrestawra ħafna knejjes li ġarbu ħsarat mill-bombi fosthom il-knisja parrokkjali tal-Isla li kienet iġġarfet fl-1942.</description>