OAR@UM Community:
It-terminoloġija tal-Ġimgħa Mqaddsa : studju komparattiv
Abstract: Din it-teżina tistħarreġ it-terminoloġija użata fil-kuntest tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt Valletta, iż-Żejtun u r-Rabat Għawdex (San Ġorġ). Dawn it-termini, minbarra li jiġu paragunati flimkien abbażi tal-varjabbli ġeografiku, jitqabblu wkoll ma’ termini oħra li ġew miġbura minn Karl Debono (2014) fil-kuntest tal-purċissjonijiet li jsiru l-Birgu, il-Mosta u r-Rabat Malta. Il-kliem kollu miġbur, flimkien ma’ kliem ieħor miġbur waqt intervista ma’ landier, inġabar fi glossarju. Minbarra l-glossarju u l-analiżi komparattiva tal-kliem, it-teżina għandha wkoll introduzzjoni li toffri l-kuntest storiku tal-purċissjonijiet fil-Belt Valletta, iż- Żejtun u r-Rabat Għawdex (San Ġorġ) kapitlu ddedikat għall-metodoloġija li fih niddiskuti l- mod li bih ġbart id-data flimkien ma’ xi analiżi ta’ metodi oħra użati minn Mark Sciberras (2015) u Karl Debono (2014).
L-għoti tal-ġens grammatikali lill-ismijiet tad-ditti tal-vetturi
Abstract: Din it-teżi tkompli tagħti kontribut lill-kategorija grammatikali tal-ġens, partikolarment fl-assenjazzjoni tal-ġens lill-ismijiet tad-ditti tal-vetturi. L-istudju jitlaq minn qafas teoretiku dwar il-ġens grammatikali b’attenzjoni partikolari lejn il-fatturi li jinfluwenzaw dan il-proċess, ngħidu aħna, il-kriterji semantiċi u formali. Permezz ta’ kwestjonarju strutturat u għadd ta’ intervisti, ir-riċerka tanalizza l-mod kif il-kelliema jassenjaw il-ġens lil dawn l-ismijiet u x’jiddetermina l-għażliet tagħhom. Ir-riżultati juru li l-varjabbli soċjali għandhom influwenza limitata, filwaqt li elementi bħall-analoġija semantika u d-dehra tal-vettura jidhru iktar influwenti. Barra mill-fatt li tispikka preferenza ġenerali lejn il-ġens femminili f’dan il-qasam, kienu ftit iktar minn nofs in-nomi studjati (51.7%) li nstab li għandhom ġens stabbilit fil-Malti, fosthom l-iperonimu trakk u l-isem Fiat 500.
Il-karattri u s-skiet f’Castillo : mill-paġna għall-iskrin
Abstract: Din it-teżina tħares mill-qrib lejn ir-rumanz Castillo ta’ Clare Azzopardi u l-film bl-istess isem ta’ Take Two u tesplora t-tranżizzjoni fil-karatterizzazzjoni u l-preżenza, jew l-assenza, tas-skiet. Filwaqt li tanalizza mill-qrib iż-żewġ testi, tirreferi kontinwament għal xogħlijiet teoretiċi li trattaw is-suġġetti tal-adattament minn mezz artistiku għal ieħor, tal-karattri u tas-skiet. Fl-ewwel kapitlu tistudja t-tekniki differenti li jużaw ir-rumanz u l-adattament biex jiffamiljarizzaw lill-qarrejja jew l-ispettaturi mal-karattri, u l-modi li bihom il-film jibdel il-perċezzjoni li wieħed ikollu dwar karattru wara li jaqra r-rumanz. Għaldaqstant teżamina l-bidliet li jgħaddu minnhom il-karattri li jidhru fiż-żewġ testi, partikularment Amanda, Emma, Castillo u Robert. Fit-tieni kapitlu tiffoka fuq is-skiet u tikkontempla r-raġunijiet possibbli wara l-eliminazzjoni ta’ ċerti karattri li jissemmew fir-rumanz imma ma jidhrux fil-film. Din it-tip ta’ eliminazzjoni titqies bħala eliminazzjoni ta’ lakuna, u tissemma fi ħdan diskors dwar kif l-adattament jimla l-vojt narrattiv dominanti fir-rumanz Castillo. Il-lakuni huma biss tip wieħed ta’ skiet fir-rumanz, u din it-teżina tesplora modi oħra ta’ kif l-adattament ta’ Take Two jikkumpensa għas-skiet, fost l-oħrajn billi jagħti iktar informazzjoni biex jimla l-vojt narrattiv u jipprova jwieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza, u bl-inklużjoni tal-mużika li ma tħallix lill-qarrejja jidħlu fl-atmosfera tas-skiet li hija tant imminenti fid-dinja fittizja ta’ Azzopardi.
L-iżolament fi Tħabbat Xtaqtek : perspettivi eżistenzjalisti
Abstract: Din it-teżina tiffoka fuq l-iżolament fi Tħabbat Xtaqtek: Djarju mill-Eremitaġġ ta’ Gioele Galea, u taqrah mhux biss bħala tema marbuta mal-ħajja eremitika, iżda wkoll bħala esperjenza interjuri li ssawwar il-binja, il-moviment u s-sensibilità narrattiva tat-test. It-teżina tqiegħed ix-xogħol fil-kuntest tal-kitba mistika b’elementi awtobijografiċi, u tinterpretah fid-dawl ta’ perspettivi eżistenzjalisti minn Søren Kierkegaard u Martin Heidegger, b’enfasi fuq il-mod kif l-iżolament jikxef il-kundizzjonijiet fundamentali tal-eżistenza. L-istudju janalizza kif l-esperjenza tal-iżolament tiġi artikolata mhux biss bħala tema rikorrenti, iżda wkoll permezz ta’ xejriet lingwistiċi u stilistiċi li jsawru l-moviment tat-test. B’mod partikulari, il-qiegħ, il-vojt u l-assenza, it-tneżżigħ u l-għera, is-skiet u s-smigħ juru li l-iżolament ma jibqax biss kundizzjoni spiritwali jew narrattiva, iżda jsir prinċipju formali li jorbot l-esperjenza mal-artikolazzjoni tagħha fil-kitba. B’hekk, it-teżina tissuġġerixxi li Tħabbat Xtaqtek ma joffrix biss xhieda ta’ esperjenza spiritwali individwali, iżda wkoll eżempju ta’ kif il-proża Maltija tista’ tagħti forma letterarja u kritika lill-mistoqsijiet fundamentali tal-eżistenza.