OAR@UM Community:
Decisio in causa Gaudisien unionis et administrationis = Sentenza ta' kawża Għawdxija ta' l-unjoni u l-amministrazzjoni
      <description>Title: Decisio in causa Gaudisien unionis et administrationis = Sentenza ta' kawża Għawdxija ta' l-unjoni u l-amministrazzjoni
Abstract: Fil-10 ta' Jannar, 1910, it-Tribunal tas-Sacra Romana Rota kien ta' sentenza importanti ħafna dwar il-kwistjoni jekk il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ tar-Rabat, Għawdex, kenitx magħquda mal-Knisja Kattidrali ta' l-istess gżira ta' Għawdex jew fuq bażi ugwali, inkella bħala knisja suggettiva. It-Tribunal kien qatagħha li din il-għaqda kienet wahda suġġettiva. Biex wasal għal din il-konklużjoni, it-Tribunal ġieb ħafna argumenti sodi u inkonfutabbli li kollha jindikaw li meta saret il-għaqda b'effett mit-28 ta' April, 1688, l-awtorita parrokkjali tal-Knisja ta' San Ġorġ kienet tneħħiet, u din il-knisja tħalliet biss tiffunzjona bħala knisja viċi-parrokkjali tal-Matriċi u Kolleġġjata ta' I-Assunta fil-Kastell fuq il-mudell tal-għaqda li kien hemm bejn il-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl tar-Rabat ta' Malta u l-Kattidral ta' l-Imdina. Dan it-tagħrif huwa ferm importanti għaliex iġib fix-xejn l-argumenti ta' x 'uħud li jgħidu li l-Parroċċa ta' San Ġorġ hija l-eqdem parroċċa li għadha teżisti f'Għawdex jew li din il-Parroċċa hija b'xi mod matriċi jew arċi-matriċi ta' parroċċi oħra.</description>