OAR@UM Community:
L-editorjal
      <description>Title: L-editorjal
Authors: Farrugia, George
Abstract: Is-sena 2020 kellha tkun imfakkra mill-Akkademja tal-Malti bħala s-sena taċ-ċentinarju mit-twaqqif tagħha, imma bla dubju aktar se nibqgħu niftakruha bħala s-sena tal-imxija tal-Covid -19 – virus li ġab id-dinja għarkupptejha. Fl-ewwel xhur tas-sena d-dinja waqfet ħesrem, ir-ritmu qabbieżi tal-ħajja mgħaġġla li konna qed ngħixu nbidel mil-lejl għan-nhar f’ritmu ta’ marċ funebri kawża ta’ virus qerriedi li ħasad u għadu jaħsad il-ħajja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Tħawwadna lkoll għax ma konniex nafu x’qed jiġri u wisq anqas x’se jiġri. Fi żmien qasir għalaqna l-iskejjel u l-ajruport, bdejna naħdmu u nitgħallmu mid-dar, negozju wara l-ieħor bdew jagħlqu l-bibien tagħhom u kienu bosta li tilfu xogħolhom. Bdejna naħsbu b’mod differenti, nirraġunaw b’mod differenti... ngħixu b’mod differenti.</description>
De Soldanis u l-Kapuċċini
      <description>Title: De Soldanis u l-Kapuċċini
Authors: Fiorini, Stanley
Abstract: Dan il-ktieb hu minsuġ madwar il-wasla ta’ kurċifiss f’Malta mill-Italja u l-ġrajjiet li għadda minnhom sakemm fl-aħħar sab il-mistrieħ tiegħu filkunvent tal-Kapuċċini f’Għawdex. Din il-mixja għaddietu minn diversi jdejn, f’itinerarju varjat f’diversi lokalitajiet: il-Kavallier Miceli kkommissjonah mingħand skultur f’Messina lejn l-1683, minn fejn, wara avventura fuq il-baħar, wasal Sirakuża, imbagħad Malta fid-dar tal-istess Miceli, fil-Belt. Kemm dam hemm seħħ it-terremot il-kbir tal-1693, meta għad-devozzjoni tal-fidili, f’din l-okkażjoni, tqiegħed fil-knisja tal-Vitorja, il-Belt, fuq talba tal-Kappillan, il-Kommendatur tal-Ordni Fra Ġużeppi Sciberras. Minn hawn jidher li għadda għand il-patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt, fuq talba tal-gwardjan, u minn hemm għall-kunvent u knisja tal-istess patrijiet Konventwali f’Għawdex, fuq talba tal-Gwardjan Patri Ġwann Camenzuli. Billi ma nstabitx niċċa li fiha joqgħod sew, minħabba d-daqs kbir tiegħu, dan il-kurċifiss jidher li ngħata u tqiegħed fid-dar tal-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis, li fl-aħħar nett fl-1 ta’ Novembru 1746 irregalah lill-patrijiet Kapuċċini, li kienu għadhom kemm fetħu l-kunvent tagħhom maġenb il-knisja tal-Madonna tal-Grazzji, taħt il-Kastell fl-inħawi ta’ Forn il-Ġir.</description>
Il-preżenza tal-ilsien Malti fil-proġetti kirografiċi u semjotiċi ta’ William Wolkowski
      <description>Title: Il-preżenza tal-ilsien Malti fil-proġetti kirografiċi u semjotiċi ta’ William Wolkowski
Authors: Cassar, Mario
Abstract: Id-diskors ta’ Mario Cassar jiffoka fuq William Wolkowski, poliglotta u kaligrafista Franċiż ta’ nisel Pollakk. Mill-1987 Wolkowski beda jsawwar għadd ta’ proġetti multilingwi msejsin fuq kwotazzjonijiet ta’ personaġġi u awturi famużi. F’dawn il-kollezzjonijiet ġieli dehru kampjuni bil-Malti, fosthom traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ personaġġi u awturi kbar bħal Lewis Carroll, Arthur Rimbaud, Robert Schuman, Marie Curie, Nicolas Gogol, Shakespeare, u anki xi testi bibliċi u reliġjużi. Wolkowski ħadem ukoll fuq ġabra ta’ poeżiji Marjani bil-Malti. Il-kompilatur isostni li kull proġett għandu dimensjoni kirografika u semjotika. It-taħdita ta’ Cassar tiġbor is-siltiet kollha bil-Malti u anki l-poeżiji Marjani, biż-żieda ta’ kummenti li jkomplu jitfgħu dawl fuq is-sinifikat tagħhom.</description>
It-tnedija ta’ Vespri diskors tal-għeluq
      <description>Title: It-tnedija ta’ Vespri diskors tal-għeluq
Authors: Żahra, Trevor
Abstract: Id-diskors ta’ Trevor Żahra, li kien sar bħala d-diskors tal-għeluq fl-okkażjoni tat-tnedija tal-ktieb tiegħu Vespri, huwa diskors konċiż iżda profond. X’inhu verament dak li jqanqal lill-kittieb biex jikteb? Żahra jgħid li kull meta jkun mistieden iżur l-iskejjel biex ikellem littfal ta’ spiss l-għalliema jew it-tfal infushom jistaqsuh il-mistoqsija: “L-għaliex tikteb?”, mistoqsija li l-ewwel darba li staqsewhielu bħal donnu ma kienx preparat għaliha u li l-unika tweġiba li seta’ jagħti kienet li ma jistax ma jiktibx. Għal Żahra f’“kull biċċa xogħol li jikteb il-kittieb dejjem jipprova jispjega dak li min-natura tiegħu huwa inspjegabbli. Bħal donnu jilmaħ quddiemu dell li jkun jixtieq jaħtfu u jikxfu u jiskoprih, imma meta jiġi biex jikkonkretizzah permezz tal-kelma, jinduna li din il-kelma hija impotenti”.</description>