OAR@UM Collection:
Ġrajjiet il-ħajja fi ħdan il-Ġudajiżmu
      <description>Title: Ġrajjiet il-ħajja fi ħdan il-Ġudajiżmu
Abstract: L-ewwel kmandament tal-Iskritturi Lhud huwa ċar fil-kuntest tal-ewwel rakkont tal-ħolqien fil-Ktieb tal-Ġenesi: “Nisslu u oktru, u mlew l-art, u aħkmuha” (1: 28). Fiż-żmien bibliku n-nisa kienu jmilu biex jeħilsu (1Sam 4: 19) jew joqogħdu bilqiegħda fuq banketta apposta (Eż 1). Il-preċetti tal-Iskritturi Lhud jagħtuna ħjiel ta’ x’kellu jsir għall-indafa ritwali talmara: jekk tiled tifel kienet tkun ritwalment imniġġsa għal sebat ijiem u għal tlieta u tletin jum ma setgħetx tersaq lejn it-Tempju u tmiss oġġetti qaddisa; jekk tiled tifla kienet tkun ritwalment imniġġsa għal erbatax-il jum u l-jiem li fihom ma setgħetx tersaq lejn it-Tempju kienu jkunu ta’ sitta u sittin. F’każ ta’ kumplikazzjonijiet gravi fil-ħlas il-ħajja tal-mara kienet tieħu preċedenza fuq dik tat-tarbija mhux imwielda, tarbija li kienet titqies bħala kompletament umana malli tkun nofsha barra mill-ġuf.</description>
Il-miraklu tad-dqiq u taż-żejt (1 Slat 17,7-16) (3)
      <description>Title: Il-miraklu tad-dqiq u taż-żejt (1 Slat 17,7-16) (3)
Abstract: Il-profeta Elija barra li huwa profeta ta’ ħeġġa enormi u tan-nar, wieħed bla kantunieri, iebes bi kliemu u f ’għemilu, mingħajr ebda rispett uman speċjalment mas-slaten. Ma’ dawk li jkasbru l-ġustizzja soċjali u ma’ dawk li ma jipprattikawx it-twemmin tal-Lhud, għandna nħarsu wkoll lejh bħala ħabib tassew taż-żgħar, tal-fqar, tar-romol u tal-orfni, ta’ l-imsejkna. Elija li huwa iebes tassew ma’ dawk li huma prepotenti, u bla ebda ġustizzja ta’ xejn, juri wkoll kemm huwa twajjeb, ħelu, ġwejjed u umli mal-fqar ż-żgħar, l-imwarrbin dawk li ma hemmx min jiddefendihom. Il-ġrajja tal-laqgħa ta’ Elija mal-armla ta’ Sarefta hija waħda tassew li tmiss il-qalb. Hawn se naraw il-miraklu tad-dqiq u ż-żejt, iż-żewġ elementi tant meħtieġa għall-għajxien tal-ħajja, imma wkoll żewġ elementi mimlijin simboliżmi. Huma wkoll żewġ prodotti li l-art tagħti u tipprovdi.</description>
Il-mara tal-Apokalissi il-Madonna fl-aħħar ktieb tal-Bibbja
      <description>Title: Il-mara tal-Apokalissi il-Madonna fl-aħħar ktieb tal-Bibbja
Abstract: Il-kelma ‘Apokalissi’ ġejja mill-Grieg apo li tfisser ‘quddiem’ u kalupto li tfisser ‘xi ħaġa moħbija’. Huwa il-ktieb tar-Rivelazzjonijiet (mil-Latin: revelare). Għalhekk il-ktieb jittratta dwar rivelazzjoni ta’ xi ħaġa. Dan l-aħħar ktieb tal-Bibbja miktub minn San Ġwann l-Evaġelista huwa ktieb ta’ valur teoloġiku kbir, b’kunċetti teoloġiċi u viżjonijiet dwar dak li ġej u dak preżenti. Kemm San Irinew ta’ Lyons fis-sena 180 A.D., San Ġustinu (165 A.D.), Klement ta’ Lixandra (215 A.D.), u Origene jiktbu li Ġwanni l-appostlu huwa l-awtur tal-ktieb. Il-ġeneru letterarju tal-ktieb hija l-apokalittika u għalhekk tagħmel minn dan il-ktieb bħala wieħed profetiku fil-Ġdid Testment. Bħala apokalittika fl-Antik Testment insibu l-Ktieb ta’ Danjel, Isaija, Ġoel, Zakkarija u Eżekjel. Wara l-era bibblika nkitbu diversi kitbiet apokalittiċi. Temi ewlenin f ’din il-kitba huma l-affarijiet tat-tmiem id-dinja. Hawnhekk jidħol simboliżmu qawwi, kożmiku, terjomorfiku dwar l-annimali u dak aritmetiku. Fl-Apokalissi ta’ San Ġwann naraw l-idea ċentrali ta’ Kristu l-Pantokrator li jmexxi lid-dinja u liż-żmien.</description>
Il-qabar Tal-Verġni Marija fil-Wied ta’ Ġosafat
      <description>Title: Il-qabar Tal-Verġni Marija fil-Wied ta’ Ġosafat
Abstract: Il-knisja ta’ Santa Marija tal-Wied ta’ Ġosafat hi kripta fil-qiegħ nett tal-Wied tal-Kedron, ftit passi bogħod mill-Bażilika tal-Agunija fil-Ġetsemani. F’din il-kripta hemm meqjum il-Qabar tal-Verġni Marija. Illum ilġurnata din il-knisja tinsab f ’idejn il-Griegi Ortodossi, li ħaduha minn idejn il-Franġiskani fl-1757, u li fiha juffiċjaw huma u xi riti Orjentali oħrajn, fosthom l-Armeni, il-Kopti u s-Sirjani Ortodossi.</description>