OAR@UM Collection:
L-għanjiet tal-Mulej – l-għanja tal-poplu
      <description>Title: L-għanjiet tal-Mulej – l-għanja tal-poplu
Abstract: Baqgħet magħrufa matul is-sekli l-għajta mill-qalb ta’ Santu Wistin li, quddiem il-Ktieb tas-Salmi, stqarr: “Salterju tiegħi, ferħ tiegħi!”. Hija stqarrija mill-qalb li nistgħu ngħidu tesprimi tajjeb l-apprezzament tat-tradizzjoni nisranija ta’ din il-kollezzjoni ta’ talbiet u poeżiji bibliċi li waħdu, il-Ġdid Testment, jikkwota għal aktar minn 300 darba.</description>
Il-ktieb tal-profeta Isaija
      <description>Title: Il-ktieb tal-profeta Isaija
Abstract: L-ewwel frażi mimlija realtajiet li ngħatat u applikawha lil Isaija profeta hija għaliex isejħulu “il-prinċep tal-profeti”. U huma ħafna r-raġunamenti u l-argumenti anke teoloġiċi li jsaħħaħ bil-qawwa kollha din l-espressjoni favur dan in-nabiħ li ħajtu kważi kollha qattagħha Ġerusalemm qrib it-tempju. Verament huwa profeta għaliex għallem bil-kuraġġ kollu quddiem kull forma ta’ awtorità, (Għużżija, Ġotam, Aħaż, u Ħeżekija) kollha slaten f ’Ġerusalemm, huwa bassâr li jbassar il-ġejjieni, u hawn bil-fors li nfakkru fil-ktieb hekk imsejjaħ ta’ l-Emamweli, ( kap 7 – 12); u xejn anqas fl-erba’ għanjiet hekk imsejħin tal-Qaddej ta’ Jaħweh, u mgħallem moralista li jargumenta dejjem u favur id-dekalogu kollu, wkoll meta kellu jġarrab tbatijiet biex jiddefendi tagħlimu. U dan l-aktar meta Isaija ġie biex jitkellem mis-sagrifiċji li jsiru ta’ kull jum fil-maqdes ta’ Ġerusalemm. Debħiet li quddiem Alla ma kienu jfissru assolutament xejn. “Xbajt mis-sagrifiċċji tal-ħruq” (Is 1,11). Iva għalhekk huwa tassew il-“prinċep tal-profeti”.</description>
L-Apokalissi (4)
      <description>Title: L-Apokalissi (4)
Abstract: Skont Grabiner: “The Book of Revelation is like no other in the New Testament, because it impacts all the senses of the reader in a forceful and distinctive way that the epistles and the gospels do not. Imagery, symbolism and metaphor are brought together in a profound contrast of images and intertextual references to generate constant provocations on the reader’s mind”. Rigward id-diversi tipi ta’ simboliżmu li naraw fil-Ktieb tal-Apokalissi, fil-bidu tal-Knisja, Dijonisju Isqof ta’ Lixandra skont Ewsebju jikteb dan: “But I could not venture to reject the book, as many brethren hold it in high esteem. But I suppose that it is beyond my comprehension, and that there is a certain concealed and more wonderful learning in every part. For if I do not understand I suspect that a deeper sense lies beneath the words. I do not measure and judge them by my own reason, but leaving the more to faith I regard them as too high for me to grasp. And I do not reject what I cannot comprehend, but rather wonder because I do not understand it.” Għalhekk mela l-Apokalissi m’huwiex xi ‘scary book’ jew “the curious record of the visions of a drug addict’, imma li l-awtur qiegħed iwassal il-messaġġ teoloġiku tiegħu permezz ma’ immaġni, viżjonijiet u fuq kollox permezz ta’ ħafna simboliżmi. Hawnhekk Carl Jung jgħid: “We constantly use symbolic terms to represent concepts that we cannot define or fully comprehend.” Biex ngħid hekk l-Apokalissi jonfoħ lil Kristu permezz tal-immaġġni.</description>
Agion Oros – Monte Athos
      <description>Title: Agion Oros – Monte Athos
Abstract: Il-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni ta’ San Pawl fil-Greċja (Maċedonja u Akaja), li rajniha l-aktar fil-bliet ta’ Tessaloniki, Ateni u Korintu, kienet il-bidu ta’ tradizzjoni Kristjana qawwija li kkaratterizzat l-Orjent Kristjan sal-lum, l-aktar permezz tal-fidi tal-Knisja Biżantina li xterdet f ’dan ir-reġjun mis-seklu 4 ’il quddiem. Fil-fatt, kif sejrin naraw, il-Greċja ma ġietx evanġelizzata biss minn San Pawl, imma wkoll minn Appostli oħrajn, fosthom Sant’Andrija, u l-Evanġelisti San Luqa u San Ġwann, li hemm tifkiriet tagħhom fil-bliet ta’ Patras u Thiva u fil-gżira ta’ Patmos.</description>