OAR@UM Community:
Riċerkaturi : issue 4 : 2022
      <description>Title: Riċerkaturi : issue 4 : 2022
Authors: Spagnol, Michael
Abstract: 1/ It-Teżina -- 2/ Ma’ Kull Qatra Semm li Sqejtna mal-Mejda: il-Piż tal-Familja fil-Poeżija ta’ Antoine Cassar -- 3/ L-Għana tal-Fatt fit-Tieni Nofs tas-Seklu Dsatax -- 4/ L-Għoti tal-Ġens Grammatikali lil Nomi Missellfa mill-Ingliż minn Oqsma Semantiċi Differenti -- 5/ Il-Vjolenza fir-Rumanzi ta’ Ġużè Muscat Azzopardi -- 6/ Il-Funzjoni Avverbjali ta’ Forom Aġġettivali-- 7/ “O Mħabba!” – Il-Poeżiji ta’ Victor Fenech Dwar l-Imħabba</description>
It-teżina
      <description>Title: It-teżina
Authors: Spagnol, Michael
Abstract: Fl-aħħar sena tal-kors tal-BA (Unuri) fil-Malti, l-istudenti jiktbu teżina, proġett ta’ riċerka li, minkejja l-qosor tiegħu, jaqbad kwistjoni u jistħarriġha fid-dettall. Kull teżina tkun il-frott ta’ riċerka oriġinali u tagħti kontribut ġdid, kbir jew żgħir, lill-istudju tal-lingwa jew tal-letteratura Maltija.</description>
Ma’ kull qatra semm li sqejtna mal-mejda : il-piż tal-familja fil-poeżija ta’ Antoine Cassar
      <description>Title: Ma’ kull qatra semm li sqejtna mal-mejda : il-piż tal-familja fil-poeżija ta’ Antoine Cassar
Authors: Borg, Jean Paul
Abstract: Minħabba l-influwenza Kattolika, sa qabel l-Indipendenza, dak li kien meqjus bħala l-fus tal-fidi kien meqjus ukoll il-fus tas-soċjetà. Dan kien jgħodd ukoll għall-kunċett tal-familja. Il-Kristjaneżmu kkontribwixxa għall-ispiritwalizzazzjoni taż-żwieġ u l-ħajja fil-familja, u ħoloq kultura ġdida vis-à-vis ir-relazzjoni bejn iż-żewġ imseħbin taż-żwieġ, u dik bejn il-ġenituri u l-ulied. Il-familja saret l-arketip tal-knisja nnifisha u għalhekk il-fus tal-Kristjaneżmu. Dan irrifletta ruħu fil-poeżija Maltija ta’ dak iż-żmien, speċjalment permezz ta’ Dun Karm. Oliver Friggieri jikkummenta li Dun Karm dejjem jammira lill-familja u jaraha bħala l-qofol tas-sistema soċjali kollha. F’poeżiji bħal “Omm”, “Univers Ieħor” u “Żjara lil Ġesù”, id-dar tal-familja hija ppreżentata bħala santwarju, it-tarbija hija mwennsa mill-omm, waqt li l-missier huwa s-sid tad-dar u għalhekk kap tal-familja. Dan huwa wkoll eku tal-enċiklika Rerum Novarum tal-1891 tal-Papa Ljun XIII, li tqis lill-familja bħala predeċessur tas-soċjetà ċivili, lill-missier bħala kap tal-familja, u lill-ulied bħala proprjetà u espansjoni tal-personalità tiegħu.</description>
L-għana tal-fatt fit-tieni nofs tas-seklu dsatax
      <description>Title: L-għana tal-fatt fit-tieni nofs tas-seklu dsatax
Authors: Camilleri, Ritianne
Abstract: F’kuntrast mal-ħila limitata fil-kitba u fil-qari tal-poplu Malti tat-tieni nofs tas-seklu dsatax, ġeneri orali bħall-għana tal-fatt akkumpanjaw lill-bniedem sa minn perjodi bikrija u f’diversi ċirkostanzi tal-ħajja. Għaldaqstant, f’dan l-artiklu se nistħarreġ uħud mill-mezzi popolari li lewnu lil dawn l-għanjiet u servew sabiex jinħażnu fihom kemm kronaki fattwali kif ukoll is-sentimenti u t-tagħlimiet marbutin magħhom.</description>