OAR@UM Collection:
Il-poter tal-kelma : politika u letteratura f'Oliver Friggieri
      <description>Title: Il-poter tal-kelma : politika u letteratura f'Oliver Friggieri
Abstract: Dan huwa l-filmat tal-konferenza fuq "Il-Poter tal-Kelma, Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri" li ġiet organizzata bi sħab mid-Dipartiment tal-Politika Pubblika (FEMA) u d-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta nhar is-Sibt 30 ta' April 2022 fil-Parlament ta' Malta, il-Belt Valletta. Il-konferenza tmexxiet mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia. Il-kelliema kienu Dott. Mario Thomas Vassallo, is-Sa Sara Brincat Friggieri, Dott. George Vital Zammit, is-Sur Andre Debattista, Dott. David Aloisio, is-Sa Justine Somerville, Dott. Immanuel Mifsud, il-Prof. Bernard Micallef, u s-Sur Robert Micallef. Siltiet mix-xogħol ta' Oliver Friggieri nqraw mis-Sa Marceline Galea u mis-Sa Magdalena van Kuilenburg.</description>
Daħla mill-edituri [Il-poter tal-kelma : politika u letteratura f'Oliver Friggieri]
      <description>Title: Daħla mill-edituri [Il-poter tal-kelma : politika u letteratura f'Oliver Friggieri]
Authors: Vassallo, Mario Thomas; Spagnol, Michael
Abstract: Hemm ħafna x'jorbot il-letteratura mal-politika. Fl-opri letterarji tagħhom, kemm awturi tal-imgħoddi u wkoll dawk kontemporanji, esprimew diversi sentimenti u materji politiċi. Uħud t kellmu dwar utopja, oħrajn kixfu t-tnawwir ta' tmexxija awtorita rja. Imbagħad hemm min kiteb bl -istil tal-parodija biex isensel Kritika kontra l-elitisti tal -poter, u oħrajn ikkonċentraw fuq ir-realtajiet soċjali qarsa ta' madwarhom biex jiftħu attakk fuq min imexxi. Irridu nsemmu wkoll li hemm drabi meta l-istat jikkummissjona kitbiet biex idawwar l-opinjoni pubblika favu r tiegħu . Għaldaqstant il-ġlieda tal-influwenza politika fuq imħuħ in-nies minn dejjem kienet - u għadha - missielta minn fuq għal isfel b'tir dottrinali u minn isfel għ al fuq b'intenzjoni ta' protesta .</description>
Il-Parlament Malti jsellem il-memorja u l-legat tal-Professur Oliver Friggieri
      <description>Title: Il-Parlament Malti jsellem il-memorja u l-legat tal-Professur Oliver Friggieri
Authors: Farrugia, Anġlu
Abstract: Messaġġ fil-bidu tal-konferenza mill-ispeaker tal-kamra tad-deputati, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia.</description>
Il-kelma tintrabat ma' kelma waqt li l-għasafar itiru mifxulin!
      <description>Title: Il-kelma tintrabat ma' kelma waqt li l-għasafar itiru mifxulin!
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Abstract: Huwa tal-akbar sodisfazzjon għalina lkoll li dalgħodu ltqajna hawnhekk - fil-Kamra tar-Rappreżentanti tal-poplu - biex niftakru u nfakkru l-wirt letterarju tal-Professur Oliver Friggieri: ta' dak li qajjem rivoluzzjoni tal-ħsieb permezz tar-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986), waqt li għarrax u sfida l-aġenda ta' dawk fis-setgħa kull meta rashom kibritilhom u nsew liż-żgħir u ssoktaw jemarġinaw lil dawk li kienu diġà mġennba. Għalhekk l-għażla ta' dan il-post uniku u tant prestiġjuż mhux biss hija sinifikattiva biex stajna ntellgħu din il-konferenza nazzjonali, imma hija wkoll mill-aktar simbolika.</description>