OAR@UM Community:
Il-Perit Giorgio Grognet de Vasse', l-ateu li fassal ir-Rotunda tal-Mosta
      <description>Title: Il-Perit Giorgio Grognet de Vasse', l-ateu li fassal ir-Rotunda tal-Mosta
Abstract: Inkiteb ħafna dwar l-istorja tal-bini tal-Knisja tal-Mosta u l-oppożizzjoni tal-Isqof ta’ dak iż-żmien għal tali bini tal-knisja Rotunda li bdiet tinbena fl-1833 u tlestiet, għajr il-lanterna, fl-1861 wara li fl-1812 ittieħdet id-deċiżjoni li tinbena knisja akbar milli dik li kien hemm. Din il-ġrajja fiha tliet protagonisti: Giorgio Grognet de Vassé (1774-1862), il-Perit li fassal il-knisja, Dun Feliċ Calleja (1748-1833), il-Kappillan li ried il-pjanta ta’ Grognet, sostna parzjalment il-proġett bi flusu u ħalla b’wirt il-proprjetà b’risq il-kostruzzjoni tagħha u l-Isqof Mons. Francesco Saverio Caruana (1759-1847), li kien kontra d-disinn ta’ Grognet. Din il-kitba tinkludi traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti ta’ djalogu li seħħ verament fisseklu dsatax bejn Grognet u r-Rev. Joseph Wolff, qassis Ġermaniż Protestant, u juri li l-Perit li fassal ir-rotunda kien ateu konvint. Dan id-dettall minn ħajjet Grognet jista’ jitfa’ dawl ġdid fuq l-attitudni li l-Isqof Caruana addotta fil-konfront tal-pjanta ta’ Grognet li fl-aħħar mill-aħħar fuqha nbniet il-knisja, u forsi nifhmu aħjar l-oppożizzjoni tiegħu għaliha. Apparti l-ateiżmu tiegħu, kien hemm elementi u episodji oħra marbuta ma’ Grognet li setgħu dejqu lill-Isqof: fi żmien il-Kavallieri, Grognet kien jissimpatizza mal-Franċiżi filwaqt li Caruana ma kienx iniżżilhom. Barra minn hekk, Grognet kien wieħed mit-tliet imħuħ wara storja ta’ frodi dwar kitba Punika falza marbuta mal-Atlantis u fi żmien l-Ingliżi kien ħabib ta’ John Hookham Frere, l-intellettwali Ingliż li għex Malta, ħabb lill-Maltin u l-kultura tagħhom u li kien is-Segretarju tal-Mażuni Ingliżi f’Malta.</description>
Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Antnin fil-Forti Manoel
      <description>Title: Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Antnin fil-Forti Manoel
Abstract: Fl-aqwa tagħha, fis-seklu 18, dik li llum insejħulha l-kappella ta’ Sant’Antnin fil-pjazza ewlenija tal-Forti Manoel, kienet knisja parrokkjali, maħtura direttament mill-Papa Benedettu XIII, mimlija ħajja pastorali b’kappillan u żewġ qassisin iservuha, b’żewġ quddisiet iċċelebrati kuljum u żewġ fratellenzi tal-post. Dan l-artiklu jagħti ħarsa storika lejn din il-knisja.</description>
Is-Saga għall-bini tat-teatru Rjal
      <description>Title: Is-Saga għall-bini tat-teatru Rjal
Abstract: L-artiklu jittratta l-istorja, il-kumplikazzjonijiet u l-iżviluppi li ppreċedew u rriżultaw mill-bini tar-Royal Opera House (it-Teatru Rjal) fil-Belt Valletta fuq is-sit tal-Berġa tal-Ingilterra. Jiddokumenta mill-bidu tal-opra f'Malta, id-disinji tal-perit Edward Middleton Barry, il-problemi mal-pjanijiet tal-art u l-promuturi, it-tkeċċija tal-Iskrivan tax-Xogħlijiet u x-xogħol ta' kwalità ħażina mill-ewwel kuntrattur, sal-bini mill-ġdid minn Michael Angelo Azzopardi u l-inawgurazzjoni uffiċjali fl-1866 bl-opra I Puritani.</description>
Il-ħsieb u l-bini tat-Teatru Rjal
      <description>Title: Il-ħsieb u l-bini tat-Teatru Rjal
Abstract: Din il-kronaka tiddokumenta l-istorja tat-Teatru Rjal mill-pjanijiet tal-perit Edward Middleton Barry fl-1860 minflok il-Berga ta' l-Ingilterra sal-inawgurazzjoni tiegħu fl-1866. Tkopri n-nar u r-rikostruzzjoni tal-1873 u l-1877, id-dħul tad-dawl elettriku fl-1882, u l-qerda totali b'bumbardamenti tal-ajru fl-1942 flimkien mad-diskussjonijiet tal-1950 għall-bini mill-ġdid.</description>