Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100129
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-07-29T09:20:09Z-
dc.date.available2022-07-29T09:20:09Z-
dc.date.issued2022-
dc.identifier.citationBuhagiar, A.-M. (2022). Bil-qadfa l-qadfa: ġabra tat-terminoloġija tar-regatta tradizzjonali (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100129-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstract“Il-Maltin jagħmlu għalihom dawn it-tiġrijiet tad-dgħajjes u dari aktar mil-lum. Jagħmlu għalihom daqskemm, ngħidu aħna l-Ingliżi jagħmlu għat-tiġrija fuq it-Thames bejn l-Universitajiet ta’ Oxford u Cambridge, li saret l-ewwel darba fl-1829. Ma tarax ħlief nies kull fejn jagħti għal fuq il-Port, fuq il-bjut, mal-mollijiet tax-Xatt, fuq is-swar tal-Belt u l-Isla, man-niżla tal-Kurċifiss, kullimkien mimli daqs bajda bin-nies, kulħadd jimbotta biex jersaq ’il quddiem ħalli jara aħjar. U fuq il-baħar ukoll.” (Cassar Pullicino 7) 1.1.Daħla : F’dan ix-xogħol se nistudja kif żviluppat ir-Regatta Tradizzjonali matul is-snin kif ukoll irreġistru marbut magħha. Mindu kont ċkejken, il-ħarġa tal-familja nhar ta’ Sibt filgħaxija ta’ spiss kienet tkun ikla ġewwa restorant bl-isem D Kalkara Regatta. Minn dejjem affaxxinawni l-inkwatri mdendlin mal-ħitan tar-restorant bir-ritratti tal-qaddiefa bl-imqadef f’idejhom fid-dgħajjes dojoq dojoq. Minn hemm nibtet din il-ħajra tiegħi li nagħmel dan l-istudju. Missieri għex tfulitu l-Kalkara, fil-qalba tax-xatt, jistenna l-ewwel ġimgħa ta’ Settembru, li tkun l-aħħar ġimgħa ta’ qabel it-tiġrija tar-Regatta Nazzjonali tasal, biex isegwi l-provi li jwasslu sal-jum mistenni tal-Vitorja. 1.2. Il-ħtieġa ta’ din it-teżina : Fil-passat saru diversi teżijiet relatati ma’ diversi tipi ta’ reġistri bħal pereżempju r-reġistru tal-futbol (Attard 2011), tax-xagħar (Busuttil 2013), tal-kċina (Fenech 2013), tal-baned (Sciberras 2015), tal-inbid (Xiberras 2015), tal-kaċċa u l-insib (Cutajar 2015), tal-ilbies (Camilleri 2015), tal-għaġin (Axiak 2017), tal-iskarpan (Mejlak 2017), tal-biedja (Mizzi 2019), tat-tqala u ħlas (Monreal 2019), tal-ħaddied (Bajjada 2019), tal-ħjata (Degabriele 2020) u tas-sengħa tan-nagħal u t-trobbija taż-żwiemel (Magro 2020). Madankollu, fost dawn ix-xogħlijiet kollha, ma sar l-ebda studju relatat mar-Regatta Tradizzjonali u r-reġistru tagħha. Għalhekk ħassejt li għandi nieħu l-opportunità u nkun jien l-ewwel wieħed li nagħmel studju lessikali ta’ kif żviluppat matul is-snin. Xtaqt li nagħmel din ir-riċerka biex nippreserva t-terminoloġija marbuta mar-Regatta Tradizzjonali. Bis-saħħa tal-għajnuna li tawni l-informanti li għażilt għal dan l-istudju, irnexxieli niġbor kemm jista’ jkun lessiku relatat mar-Regatta Tradizzjonali. B’hekk xogħli jista’ jservi ta’ referenza kemm għal dawk kollha li tinteressahom din it-tiġrija bid-dgħajjes, kif ukoll għal studenti bħali li fil-futur beħsiebhom jiġbru r-reġistru ta’ xi qasam jew ieħor. 1.3. L-għanijiet : L-għan ewlieni ta’ din it-teżina huwa li kemm minn sorsi varji kif ukoll mill-intervisti li għamilt lid-diversi parteċipanti li ġentilment aċċettaw li jgħinuni f’dan l-istudju, inkun nista’ niġbor kemm jista’ jkun tagħrif dwar ir-Regatta Tradizzjonali. Dan it-tagħrif kien se jservi bħala pedament biex nibni glossarju bit-terminoloġija marbuta mar-Regatta Tradizzjonali. 1.4. It-tqassim tat-teżina : Dan ix-xogħol huwa mqassam f’ħames kapitli. Nibda dan ix-xogħol bl-Introduzzjoni. F’dan il-kapitlu, nispjega fil-qosor fiex tikkonsisti din it-teżina. Nagħti ħarsa wkoll lejn dak li nkiteb qabel dwar dan is-suġġett. Fl-Introduzzjoni ngħid x’xogħlijiet simili rriċerkajt u kkonsultajt, ngħidu aħna teżijiet rigward glossarju partikolari, li l-istess bħat-teżina tiegħi,“L-għan aħħari tiegħi huwa li niġbor il-vokabularju tat-termini u lessemi użati f’dawn l-oqsma, biex ma jintilfux.” (Magro 2020), filwaqt li nesprimi li “Għalija hi ħasra xħin niftakar li sengħa li tiswa mitqilha deheb tista’ fi ftit żmien ieħor tintilef għal dejjem u magħha t-termini kollha li ġġib magħha.” (Mejlak 2017). Nagħmel referenza wkoll lejn il-perkors li segwejt; minn fejn tlaqt, x’inhuma l-għanijiet tiegħi, kif ħejjejt ruħi biex nilħaqhom u r-riżultati li xtaqt nilħaq. Fit-tieni kapitlu, nagħti ħarsa storika lejn l-avveniment tar-Regatta Tradizzjonali. Nibda mill-oriġini ta’ din it-tradizzjoni Maltija, mill-bidu nett tagħha, u nkompli billi nagħti deskrizzjoni ta’ kif dawn it-tlielaq tad-dgħajjes evolvew matul is-snin. Ikkunsidrajt ukoll nibda minn punt usa’, fuq l-idea ġenerali tar-regatti madwar id-dinja, u dwar tipi ta’ regatti differenti li jsiru Malta. Dan sabiex jintwera li r-Regatta Tradizzjonali f’Malta ma bdietx mix-xejn. F’din il-parti ninkludi wkoll is-sehem tad-distretti li pparteċipaw u li għadhom jieħdu sehem fir-Regatta, flimkien mad-deskrizzjoni tad-dgħajjes, shields, paljijiet u unuri oħra mirbuħa. L-għan hu biex il-qarrej jiffamiljarizza ruħu mal-kuntest li fih issir ir-Regatta. Għax bħalma r-Regatta tagħna ma bdietx mix-xejn, hekk ukoll ittermini, ma jeżistux għalxejn. It-tielet kapitlu huwa preparazzjoni għall-ħames kapitlu. Dan minħabba li fit-tielet kapitlu niddeskrivi r-reġistru tar-Regatta Tradizzjonali, li huwa l-għan prinċipali ta’ din it-teżina. Hawnhekk nagħti ħarsa lejn studji li saru dwar reġistri ta’ oqsma differenti fil-Malti. Nagħti ħarsa wkoll lejn diversi teżijiet li huma tal-istess natura tax-xogħol tiegħi u nagħtihom ħarsa kritika fil-qosor. Fit-tielet kapitlu nirreferi għal xi kitbiet akkademiċi li qrajt dwar l-intervisti biex nitħejja dwar l-arti tal-intervista. Hawnhekk qed nirreferi l-aktar għal kitbiet bħal Sociolinguistics ta’ Hudson, R. A., u Conducting research interviews ta’ Rowley, J. https://www-proquestcom. ejournals.um.edu.mt/docview/928748740?OpenUrlRefId=info:xri/sid:primo&accountid=27934. Nagħti ħarsa ġenerali lejn l-intervisti li għamilt lill-parteċipanti li aċċettaw li jgħinuni f’dan l-istudju. Hawnhekk nispjega min kienu dawn l-informanti u x’kienet id-deċiżjoni li wasslitni biex nagħżel propju lilhom. Hawnhekk ngħid ukoll kif ħejjejt l-ewwel sett ta’ mistoqsijiet waqt intervista bħala studju pilota. Ir-raba’ kapitlu huwa l-qofol ta’ dan ix-xogħol. Fih glossarju dettaljat tat-termini marbuta mar-Regatta Tradizzjonali, li jiena ppreżenajt fil-forma ta’ tabelli. Il-glossarju huwa mqassam f’taqsimiet differenti, jiġifieri opri tar-Regatta tal-passat u tal-preżent; partijiet tal-opri tar-Regatta; injam, materjal u termini oħra użati fil-bini tal-opri tar-Regatta; għodda tal-bennejja tal-opri tar-Regatta; termini tal-ġurija; it-toponomastika; verbi u azzjonijiet oħra u nies involuti fir-Regatta. Il-ħames kapitlu se jkun konklużjoni ta’ din it-teżina fejn niġbor fil-qosor ir-riżultati tat-taqsimiet ewlenin u nagħti wkoll xi suġġerimenti lil dawk kollha li se jkunu qed jagħmlu xi teżina simili għal tiegħi fil-futur. Fl-aħħar nett, wieħed isib biblijografija ta’ riżorsi li jien ikkonsultajt, sett ta’ ritratti li ħadt waqt din ir-riċerka, ġabra ta’ qwiel, idjomi u frażijiet marbutin mat-tbaħħir, kif ukoll xi traskrizzjonijiet tal-intervisti li għamilt. […]en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectRegattas -- Maltaen_GB
dc.subjectRegattas -- Terminologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Vocabularyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Parts of speechen_GB
dc.subjectMaltese language -- Verben_GB
dc.titleBil-qadfa l-qadfa : ġabra tat-terminoloġija tar-regatta tradizzjonalien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBuhagiar, Andrea-Michele (2022)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL006.pdf
  Restricted Access
12.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.