Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100151
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-07-29T10:25:20Z-
dc.date.available2022-07-29T10:25:20Z-
dc.date.issued2022-
dc.identifier.citationGalea, C. (2022). Il-bidla minn ‘s’ għal ‘ż’ u t-twaqqigħ tal-‘j’ f’tarf il-kelma: studju ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi f’kuntest soċjolingwistiku (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/100151-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractWara li ddiskutejt mat-tutur numru ta’ suġġetti li stajt nagħmel teżina dwarhom, l-iżjed qasam li interessani kien il-qasam tal-varjanti fonetiċi-ortografiċi. Dan is-suġġett ma kienx qasam li kont familjari ħafna miegħu iżda ħsibt li jekk nieħdu bis-serjetà, ix-xogħol tiegħi jista’ jikkontribwixxi xi ftit jew wisq għat-tielet sett ta’ deċiżjonijiet li jrid joħroġ il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti fil-futur. Apparti li minn dejjem kienet tinteressani l-ortografija, dan il-qasam interessani wkoll minħabba l-fatt li ħafna drabi fl-iskejjel primarji u sekondarji ma niġux mgħallma dwar dawn il-varjanti jew inkella nkunu sfurzati, bla ebda raġuni, biex nużaw varjant flok ieħor. Ma xtaqtx li dan ix-xogħol ikun wieħed kwantitattiv biss. Għaldaqstant iddeċidejt li dan l-istudju ninkorporah f’kuntest soċjolingwistiku billi nistudja żewġ varjabbli differenti: l-età u l-ġeografija. Permezz ta’ dawn il-varjabbli jiena se nistudja jekk l-età tal-kelliema u ż-żona ġeografika li jgħixu fiha jinfluwenzawx l-għażla tagħhom ta’ xi varjant partikolari. Għan ieħor huwa li nara jekk hemmx rabta bejn il-kuntest tal-kitba u l-kuntest tat-taħdit, u dan beħsiebni nagħmlu billi nħejji żewġ kwestjonarji simili ħafna ta’ xulxin. Fl-aħħar nett, nixtieq inqabbel irriżultati li se nikseb mill-kwestjonarji mad-dejta miksuba mill-Korpus. Din it-teżina se tkun ħolqa oħra minn sensiela ta’ teżijiet dwar varjanti-fonetiċi differenti. Fil-fatt diġà saru ħames teżijiet oħra dwar dan il-qasam. L-ewwel teżina li trattat dan is-suġġett hija ta’ Ancel Cefai fl-2013. It-teżi ta’ Cefai ġiet segwita minn ta’ Gabriella Mifsud fl-2016, Alexia Saliba fl-2018, Kimberly Hatherly fl-2020 u Cherise Grima fl-2021. Matul dan listudju ser inkun qiegħda nirreferi għalihom bħala gwida, iżda fejn hu possibbli se nipprova nqabbel ukoll ir-riżultati li se nikseb jiena mar-riżultati li kisbu l-awturi ta’ dawn it-teżijiet. Apparti minn hekk, beħsiebni ninkludi l-osservazzjonijiet tagħhom fil-kapitlu tal-Ħarsa Kritika fejn inkun nista’ nidħol iżjed fid-dettall dwar il-metodoloġija li użaw u r-riżultati li kisbu. Barra minn hekk, m’iniex se nillimita ruħi għal dawn ix-xogħlijiet biss, iżda se nħares ukoll lejn studji barranin li jagħtu ħarsa iżjed fid-dettall dwar is-soċjolingwistika u l-varjanti fonetiċi-ortografiċi. Fil-kapitlu tal-metodoloġija se nispjega l-proċess kollu ta’ din it-teżina. Għalhekk, se niffoka dwar kif ġew magħżula t-tletin par ta’ varjanti, iż-żewġ varjabbli soċjolingwistiċi, u kif qassamt il-parteċipanti fi gruppi. Wara li nagħmel dan, se nispjega l-proċess tat-tfassil tal-kwestjonarju tal-kitba u tat-taħdit. Minħabba li l-kwestjonarji huma l-qofol ta’ din it-teżina, qabel ma qassamt il-kwestjonarji l-proprja, għamilt studju pilota sabiex il-kwestjonarji jkunu iżjed professjonali u jippermettu li l-parteċipanti jwieġbu l-mistoqsijiet b’mod naturali. Dan kien essenzjali minħabba li ma stajtx niltaqa’ mal-parteċipanti kawża tal-pandemija tal-COVID-19. Wara li nkun ġbart id-dejta kollha meħtieġa, dawn ir-riżultati se naqsamhom f’ħames kapitli ewlenin tal-analiżi. L-ewwel erba’ kapitli se jkunu ddedikati għall-erba’ gruppi ta’ varjanti u f’kull kapitlu se nanalizza t-tweġibiet tal-parteċipanti skont l-età u l-ġeografija. Fl-aħħar ta’ kull kapitlu beħsiebni nikkompara dawn ir-riżultati mal-kwestjonarju tat-taħdit u għalhekk nara hemmx rabta bejniethom. L-aħħar kapitlu tal-analiżi se jkun iddedikat għal analiżi ta’ dawn ir-riżultati b’paragun mal-ġabra elettronika tal-Korpus. Fl-aħħar ta’ din it-teżina, se nitkellem dwar il-konklużjonijiet ġenerali li jkunu ħarġu minn dan ix-xogħol, kemm dwar frekwenza, kif ukoll tendenzi partikolari li jistgħu jinstabu marbuta mal-varjabbli u l-kuntesti studjati. Nagħti wkoll xi suġġerimenti dwar dawn il-konklużjonijiet u dwar xogħol ieħor li jista’ jsir f’dan il-qasam fil-futur.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspectsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.subjectMaltese language -- Phonologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Orthography and spellingen_GB
dc.titleIl-bidla minn ‘s’ għal ‘ż’ u t-twaqqigħ tal-‘j’ f’tarf il-kelma : studju ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi f’kuntest soċjolingwistikuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGalea, Christina (2022)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22BAMAL013.pdf
  Restricted Access
3.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.