Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101970
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-09-23T09:46:34Z-
dc.date.available2022-09-23T09:46:34Z-
dc.date.issued2022-
dc.identifier.citationSchembri Fava, Y. (2022). L-ironija fil-versi popolari Maltin (Master's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/101970-
dc.descriptionM.A.(Melit.)en_GB
dc.description.abstractKumment preliminari : Dan l-istudju jiffoka fuq l-ironija fil-versi popolari Maltin, b’mod speċjali l-analiżi taddiskrepanzi ironiċi, anke jekk imsaħħa minn mekkaniżmi letterarji oħra, l-aktar f’kompożizzjonijiet b’interess soċjali. Madankollu, studju bħal dan ma jistax iseħħ mingħajr stħarriġ dwar il-kuntest ġenerali ta’ din ix-xorta ta’ taqbiliet. L-ironija fittradizzjoni orali Maltija qajla ġiet irriċerkata, u din hija ħasra meta wieħed iqis kif il-wirt orali ta’ missirijietna huwa miżgħud b’kuntrasti kontinwi bejn dak li qed jingħad u dak li qed jinftiehem, bejn espressjoni u qawwa insinwattiva. L-inkongruwenzi maħdumin bil-mekkaniżmu tal-ironija qdew lill-popolin għal diversi skopijiet, kuntesti, temi, u avvenimenti meħudin mill-ħajja ta’ kuljum tiegħu. Din ir-riċerka tinkludi kemm it-teorija tal-ironija applikata fi sħubija fejjieda ma’ elementi letterarji oħra li jsaħħuha u jestenduha, kif ukoll sorsi oħra li javviċinaw id-dinamika ironika mid-direzzjoni opposta tat-tħaddim prattiku tagħha, b’attenzjoni speċjali lill-iżvijar ta’ sitwazzjoni u oġġetti banali għal ġo tifsira kuntrastanti li mhix tingħad. L-ironija fil-versi popolari Maltin : L-ironija tinvolvi l-ħila umana li wieħed iħalli barra dak kollu li riedu jinftiehem. Hija għodda effettiva għax tħalli impatt b’dak li mhux qiegħed jingħad. Id-diversità ta’ applikazzjonijiet u effetti ironiċi timmanifesta l-implikazzjonijiet varji li sikwit jitnisslu mill-mekkaniżmi ambivalenti tagħha, speċjalment fil-kuntest ta’ taqbiliet popolari dwar it-traqqid tat-trabi, il-pika, il-ġibdiet sesswali, l-apparenzi foloz, fost motifi oħra. Ilkunfidenza miżjuda tal-versifikatur ironiku ġejja mill-fatt li permezz ta’ gradazzjoni umoristika (li tvarja mill-burlesk u l-grottesk sas-sarkastiku u s-sardoniku) ikun qiegħed jesponi l-għerf komuni ta’ poplu sħiħ maħżun f’għadd ta’ botti u risposti dwar id-difetti, l-istramberiji, il-makakkerija u l-kwalitajiet l-oħra ddisprezzati jew irridikulati tal-komunità u l-mentalità tipika tagħha. Għal dan il-għan, it-teżi tippreżenta u tinterpreta nomenklatura sħiħa tal-ironija kif imħaddma fil-versi popolari Maltin, ngħidu aħna: l-ironija verbali, romantika, drammatika, u Sokratika. Madankollu, minkejja l-garżelli puliti ta’ din it-tipoloġija, il-fruntieri bejn tip u ieħor mhux dejjem huma ċari jew stretti fit-taqbiliet popolari Maltin. Il-porożità tagħhom tippermetti amalgamazzjonijiet interessanti bejn tipi u mekkaniżmi varji tal-ironija. Se nistħarreġ ukoll diversi effetti tax-xbihat u l-entitajiet ironizzati fil-versi popolari: niggieża, edukattivi, divertenti, provokattivi, u l-bqija. Għal dan il-għan, listudju se jitlaq minn tipoloġija standard tal-ironija, iżda mbagħad se jaġġusta ssottokategoriji tagħha skont applikazzjonijiet varji li jidħlu, jissupplimentaw, jevokaw, jew saħansitra jmeru lil xulxin. Il-metodoloġija : Għalkemm il-konċentrazzjoni speċifika ta’ din ir-riċerka se tkun fuq l-analiżi tatteknika u d-diversi tipi tal-ironija kif jintużaw fil-komunità, studju bħal dan ma jistax iseħħ mingħajr l-applikazzjoni rigoruża ta’ metodoloġija konsistenti u rrispettata filkamp akkademiku. Kemm il-versi kif ukoll il-kuntest mhux se nistħarriġhom biss minn kompilazzjonijiet analitiċi tat-tradizzjoni orali, imma wkoll direttament minn fomm ilpopolin innifsu. Huwa fundamentali li wieħed ma joqgħodx biss fuq x’jagħtu bħala testi primarji u x’jgħidu teoretikament il-kotba f’dan il-qasam partikulari, għax f’dak li tgħid il-vuċi tal-popolin, imqar bħala prassi ironika, hemm ħafna sfumaturi oħra tattħaddim innifsu ta’ din ix-xorta ta’ versi. Kważi kull individwu għandu l-varjant jew metodu tiegħu ta’ twettiq orali vversifikat, u minn hawn toħroġ il-ħtieġa ta’ repertorju miġbur b’xi għamla ta’ kategorizzar, anke jekk dan iseħħ bi kriterju speċjalizzat bħat-teknika tal-ironija. Dan għandu l-vantaġġ aktar bażiku ta’ wirt tradizzjonali li ma jintilifx fid-diversi forom ta’ reġistrazzjoni oriġinali tiegħu: intervisti li daqqiet kienu awdjoviżivi u oħrajn tal-ħoss biss, kwestjonarji bil-miktub li ngħataw lill-parteċipanti li ma xtaqux jiġu rrekordjati, u l-Formola Google bħala mezz alternattiv kif tinġabar firxa ġmielha ta’ eżempji f’rabta ma’ sitwazzjonijiet uniċi bħall-buscades. […]en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectOral tradition -- Maltaen_GB
dc.subjectFolk poetry, Maltese -- Maltaen_GB
dc.subjectIronyen_GB
dc.titleL-ironija fil-versi popolari Maltinen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSchembri Fava, Yanika (2022)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22MAMAL003.pdf
  Restricted Access
12.1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
Schembri_Fava_Yanika_acc.material.pdf
  Restricted Access
65.13 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.