Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102088
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2022-09-28T07:29:03Z-
dc.date.available2022-09-28T07:29:03Z-
dc.date.issued2022-
dc.identifier.citationBorg, M. (2022). Il-varjazzjoni lessikali f’Għawdex: stħarriġ f’erba’ lokalitajiet (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/102088-
dc.descriptionB.A. (Hons)(Melit.)en_GB
dc.description.abstractMeta ġejt biex nagħżel is-suġġett li ser nistħarreġ fl-istudju tiegħi, mill-ewwel kont naf li ridt naħdem fuq id-djaletti Għawdxin. Ta’ età bikrija kont nibqa’ affaxxinata kif missieri, li hu mix-Xewkija jgħid ħobż ismar, mentri ommi li hija miż-Żebbuġ tirreferi għall-istess oġġett bil-frażi ‘brown bread’. L-interess tiegħi fid-djaletti żdied wisq aktar meta bdejt l-esperjenza universitarja fejn ġejt esposta għal varjetajiet differenti li nisslu fija aktar interess fl-aspett sinkroniku tad-djaletti Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk, bdejt naffaċċja assunzjonijiet li ma naqbilx magħhom, ngħidu aħna xi Maltin assumew li nuża termini bħal smontor, fjura u mitraħ, mentri jien fil-verità nuża l-aktar it-termini ‘foil’, ‘pastarda’ u ‘saqqu’. Ridt nuri li, minkejja li l-gżira Għawdxija hija waħda żgħira, xorta jinsabu differenzi lessikali bejn lokalità u oħra. Mir-riċerka li saret s’issa nafu li l-lingwa tvarja minn lokalità għal oħra fuq diversi livelli, fosthom il-livell fonetiku u fonoloġiku, grammatikali u lessikali. Filwaqt li saru xi xogħlijiet fuq id-djaletti Għawdxin, l-ebda xogħol ma tratta l-varjazzjoni lingwistika f’qasam ġenerali. Minflok, insibu xogħlijiet li eżaminaw il-pronunzja ta’ lokalità partikolari, fosthom t’Għajnsielem (Grech, 2019) u tan-Nadur u ta’ Ta’ Sannat (Farrugia, 2016). Hemm ukoll xogħlijiet li jittrattaw qasam lessikali partikolari, fosthom il-qasam tal-ħelu (Rapa, 1995), ittrobbija taż-żwiemel (Cauchi, 2015) u l-qasam tal-ilbies (Spiteri, 2016). It-teżi ta’ Mariana Cachia (2015) tiffoka fuq is-sitwazzjoni lingwistika tar-raħal tax-Xewkija, mentri Carm Cachia (2001) jiddiskuti s-sitwazzjoni lingwistika f’Għawdex. Id-differenzi lessikali bejn il-Malti u lGħawdxi ġew trattati minn Keith Attard u Michael Spagnol (2014). Minkejja dawn ix-xogħlijiet, l-ebda xogħol soċjolingwistiku ma inkluda fih daqstant parteċipanti (320 ruħ) u għalhekk dan ix-xogħol jista’ jitqies bħala pijunier għal studji soċjolingwistiċi futuri. L-għan ta’ dan l-istudju hu li nistħarreġ il-varjazzjoni lessikali fl-Għawdxin permezz ta’ intervisti ma’ 160 żagħżugħ/a mir-Rabat, mix-Xagħra, mix-Xewkija u miż-Żebbuġ, li aktar ’il quddiem jiġu mqabbla mar-riżultati ta’ 160 anzjan/a mill-istess lokalitajiet sabiex jiġi analizzat il-lessiku bażiku li jintuża fil-ħajja ta’ kuljum. Għalhekk, l-iskop ta’ dan ix-xogħol hu li tiġi analizzata l-varjazzjoni lessikali f’termini ġenerali u mhux f’xi qasam speċjalizzat bħalma sar f’ħafna xogħlijiet lessikali preċedenti. Bl-użu ta’ 48 stampa jiġi mistħarreġ jekk il-fatturi soċjolingwistiċi tas-sess, l-età u l-lokalità jinfluwenzawx il-varjazzjoni lessikali. L-ipoteżi ta’ din it-teżi hija li teżisti varjazzjoni lessikali f’dawn l-erba’ lokalitajiet li ħafna drabi hija kkawżata mill-fattur tal-ġeografija, iżda xi minn daqqiet hija kkawżata mill-fattur tal-età u possibilment xi ftit ukoll mill-varjabbli tas-sess. Naturalment, minkejja li huma fatturi separati minn xulxin, hemm il-possibilità li l-varjazzjoni lessikali tkun influwenzata minn diversi fatturi fl-istess ħin, u minn fatturi oħrajn, bħal-livell edukattiv u l-klassi soċjali, li ma nkoprihomx f’dan l-istudju. Rigward it-tqassim strutturali, dan l-istudju jikkonsisti f’ħames taqsimiet ċentrali. F’dan il-kapitlu introduttorju nistqarr l-għan tat-teżi u nispjega t-tqassim ċentrali tal-istudju. It-tieni kapitlu jipprovdi ħarsa kritika lejn xogħlijiet preċedenti rilevanti għal dan l-istudju. Bl-għajnuna ta’ studji dwar lingwi differenti, tingħata ħarsa introduttorja lejn il-bidla fil-lingwa li eventwalment tikkawża l-varjazzjoni fil-lingwa li tinqasam fil-livell fonetiku, morfosintattiku u lessikali. Minħabba li l-qofol ta’ dan l-istudju hu l-varjazzjoni lessikali, fl-aħħar taqsima talkapitlu tiġi spjegata aktar fid-dettall x’inhi din it-tip ta’ varjazzjoni. F’din il-parti jiġi kkuntestwalizzat l-argument billi tingħata ħarsa lejn studji lokali preċedenti li jittrattaw ilvarjazzjoni lessikali f’pajjiżna. Tul it-tieni kapitlu, l-ideat jiġu kkonkretizzati bl-għajnuna ta’ diversi eżempji kemm mill-Malti kif ukoll minn lingwi barranin. Il-kapitlu li jsegwi jiddiskuti l-metodoloġija użata f’dan l-istħarriġ biex ikun jista’ jintlaħaq l-għan. L-ewwel taqsima minn sitta tiftaħ b’deskrizzjoni tal-metodu kif inġabret linformazzjoni mingħand il-parteċipanti. Fit-tieni taqsima jiġi deskritt il-proġett “Djaletti” li tagħmel parti minnu din it-teżi. Imbagħad tiġi spjegata kull deċiżjoni li ttieħdet sabiex ilprodott finali jikkorrispondi mal-għanijiet tal-istħarriġ. Għalhekk, f’din il-parti jiġu spjegati: l-għażla tal-istampi fil-kwestjonarju, il-kriterji kkunsidrati biex intgħażlu l-parteċipanti u l-għażla tal-erba’ lokalitajiet Għawdxin. Finalment, il-kapitlu jagħlaq bid-diffikultajiet li ġejt wiċċ imb wiċċ magħhom fl-istħarriġ tiegħi u kif dawn ġew evitati. Ir-raba’ kapitlu ċentrali jinkludi l-analiżi tar-riżultati miġbura bis-saħħa talkwestjonarju. Hawnhekk saret analiżi kemm tar-riżultati taż-żgħażagħ li ġbart jien kif ukoll tarriżultati tal-anzjani li nġabru mill-proġett “Djaletti” li ġew mgħoddija lili mit-tutur tiegħi Dr Michael Spagnol. Dan il-kapitlu hu maqsum f’sitt taqsimiet, bl-ewwel taqsima tittratta dawk il-ftit stampi li fihom ma dehritx varjazzjoni lessikali minħabba li kien hemm qbil bejn il-parteċipanti fuq it-terminu użat. Mill-banda l-oħra, fit-tieni taqsima jiġu ppreżentati l-istampi li fihom dehret varjazzjoni lessikali skont kemm-il varjant intqal. Fit-tliet taqsimiet li jsegwu, jiġu analizzati t-tweġibiet skont il-varjabbli soċjolingwistiċi l-aktar rilevanti għal dan l-istħarriġ (is-sess, l-età u l-lokalità), biex jiġi mistħarreġ jekk u kemm jirriżultaw f’varjazzjoni lessikali. Minkejja li dan l-istudju jistħarreġ il-varjazzjoni lessikali, mir-riżultati ħarġu xi varjazzjonijiet grammatikali li jiġu diskussi fl-aħħar taqsima ta’ dan il-kapitlu. L-aħħar kapitlu, il-konklużjoni, jinkludi spjega tas-sejbiet ewlenin li ħarġu minn dan listudju. Bħal kull xogħol lingwistiku ieħor, minħabba li l-lingwa dejjem tevolvi, dejjem hemm lok għal aktar riċerka. Għalhekk, il-kapitlu jagħlaq b’xi suġġerimenti għal studji futuri biex min jinteressah dan il-qasam jieħu idea tal-ftit mill-ħafna li għad irid isir fil-lingwistika Maltija. Fl-aħħar ta’ din it-teżi nsibu l-appendiċi maqsuma f’sitt partijiet. Fl-ewwel parti nsibu l-kwestjonarju lessikali, fit-tieni hemm id-dettalji personali tal-parteċipanti kollha li ħadu sehem fl-istħarriġ, bħall-età u l-lokalità. It-tliet appendiċi ta’ wara jikkonsistu f’tabelli miġbura abbażi s-sess, l-età u l-ġeografija rispettivament. L-aħħar appendiċi tinkludi r-riżultati dettaljati abbażi tat-tliet fatturi soċjolingwistiċi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variation -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectMaltese language -- Malta -- Gozo -- Dialects -- Lexicologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspects -- Malta -- Gozoen_GB
dc.titleIl-varjazzjoni lessikali f’Għawdex : stħarriġ f’erba’ lokalitajieten_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBorg, Maureen (2022)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2022
Dissertations - FacArtMal - 2022

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
22MAL3000.pdf
  Restricted Access
5.2 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.