Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1106
Title: Analiżi tax-xejriet figurattivi u rettoriċi tad-diskorsi ta’ Mintoff (1961)
Authors: Camilleri, Ann Marie
Keywords: Mintoff, Dom, 1916-2012
Discourse analysis
Rhetoric
Language and languages -- Political aspects
Maltese language -- Political aspects
Issue Date: 2014
Abstract: F’introduzzjoni għal teżi dwar it-tekniki figurattivi u rettoriċi mħaddma mill-politiku Duminku Mintoff matul id-diskorsi tiegħu fis-sena 1961, jixraq kumment qasir fuq l-isfond storiku u politiku li fih seħħew dawn id-diskorsi. B’hekk tingħaraf ir-relevanza tal-istrateġiji figurattivi u rettoriċi użati minnu għal dan il-perjodu partikolari b’avvenimenti politiċi li ddistingwewh minn perjodi oħra. Fis-snin ħamsin f’Malta kien hawn faqar kbir, nies illitterati anki minħabba l-fatt li l-iskola ma kinitx obbligatorja, u nuqqas ta’ xogħol li ġiegħel lil ħafna Maltin jemigraw. L-oqsma l-iktar fundamentali tat-tmexxija ta’ Malta (bħall-ekonomija, il-militar, u l-kostituzzjoni) kienu jiddependu fuq il-Gvern Ingliż, u dan dejjem ħares l-ewwel u qabel kollox lejn il-ħtiġijiet tiegħu. Fl-1955, il-Gvern Malti mmexxi minn Duminku Mintoff ħareġ b’żewġ alternattivi kif Malta tista’ tingħata jew drittijiet li jkunu l-istess bħal dawk tal-Ingliżi, jew awtonomija mill-Gvern Ingliż: l-Integration jew l-Indipendenza. Fl-1957, il-Gvern Malti ressaq mozzjoni li ġiet issekondata mill-oppożizzjoni mmexxija minn Ġorg Borg Olivier: li jivvutaw unanimament favur The Break with Britian Resolution (Ħelsien). Il-Gvern Ingliż ma żammx mal-pjan tiegħu li jipprovdi lil Malta ammont kbir biżżejjed ta’ flus biex tkun tista’ tqum fuq saqajha, u għaldaqstant Mintoff irreżenja. Weħidhom, dawn l-avvenimenti u ċ-ċirkustanzi kienu biżżejjed biex jistimulaw diskors imqanqal, aktar u aktar jekk il-kelliem kellu ħila figurattiva u rettorika li biha seta’ jintensifika, jironizza, jesaġera, jimmetaforizza, u jaffettwa b’modi oħra r-realtà politika ta’ żmienu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1106
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL011.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0111.45 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.