Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1133
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-02-06T13:29:54Z-
dc.date.available2015-02-06T13:29:54Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1133-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractMeta ġejt biex nagħżel it-titlu tat-teżi, ridt li jkun wieħed li jagħti kontribut lill-qasam lingwistiku, għalhekk għażilt li nagħmel glossarju li fih ikun hemm ġabra tat-terminoloġija tas-sajd bir-rixa. Għażilt li nagħmel teżi fuq hekk għaliex jien sajjied dilettant u s-sajd, speċjalment dak bir-rixa, huwa għal qalbi ħafna. Ilni nistad minn meta kelli erba’ snin u għalhekk għandi għarfien sew tas-sajd. Ħassejt li jekk nagħmel studju fuq qasam li nħobb, ir-riżultat finali kellu jkun tajjeb. Dan ix-xogħol għandu żewġ partijiet ewlenin: glossarju bi ġbir ta’ termini fuq dan il-qasam u l-intervisti li għamilt ma’ sajjieda Maltin u Għawdxin li jixhdu l-varjazzjonijiet li jeżistu fi nħawi differenti. Fil-glossarju hemm madwar 230 terminu li b’xi mod jew ieħor jintużaw f’dan il-qasam u jinsabu klassifikati b’mod alfabetiku. Dawn it-termini ġbarthom permezz tal-għarfien li għandi f’dan il-qasam, permezz ta’ kitbiet oħra li huma relatati ma’ dan il-qasam u permezz tal-intervisti li għamilt. Kull terminu mbagħad għandu ċertu informazzjoni fuqu; id-definizzjoni li jagħti Erin Serracino Inglott fil-Miklem Malti u d-definizzjoni li jagħti Joseph Aquilina fid-dizzjunarju l-kbir: Maltese-English Dictionary, d-definizzjoni li naf jew li ltqajt magħha jien kemm fl-intervisti u kemm f’kitbiet oħra u s-sors ta’ minn fejn sibt it-terminu u d-definizzjoni tiegħu. Dan il-ġbir ta’ termini jista’ jkun interessanti għal kull min iħobb is-sajd bir-rixa u għal kull min hu interessat f’dan il-qasam lingwistiku. Għażilt li nintervista sajjieda li jgħixu fi nħawi differenti biex niġbor kemm jista’ jkun termini u biex insib varjanti differenti f’dan il-qasam kif fil-fatt sibt. L-inħawi li għażilt huma Marsaxlokk, iż-Żurrieq, l-Għarb, Għawdex u x-Xewkija, Għawdex. Għażilt Marsaxlokk u ż-Żurrieq għaliex huma nħawi popolari ħafna fost is-sajjieda u għażilt l-Għarb u x-Xewkija għaliex kont naf li għandhom varjanti differenti f’dan il-qasam. L-informanti kollha kellhom madwar ħamsin u sebgħin sena u l-fattur kruċjali ta’ dan ix-xogħol huwa dak tal-ġeografija, fil-fatt fl-inħawi li dort dejjem sibt xi varjazzjonijiet. Ta’ min ukoll li jgħid li l-informanti kollha tkellmu bid-djalett tar-raħal tagħhom u mhux bl-istandard. Dan ix-xogħol huwa maqsum f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta informazzjoni dwar is-sajd inġenerali, metodi differenti ta’ sajd f’Malta u anki dwar kitbiet relatati mas-sajd. Dan il-kapitlu huwa maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti nitkellem dwar id-definizzjoni ġenerali tal-kelma ‘Sajd’ u wara nitkellem fuq is-sajd u l-bejgħ tal-ħut f’Malta. Fit-tieni parti nsemmi xi wħud mill-iktar metodi popolari tas-sajd f’Malta fosthom is-sajd bir-rixa u fit-tielet parti nsemmi xogħlijiet dwar il-ħut, l-industrija tas-sajd f’Malta u dwar metodi differenti ta’ sajd. It-tieni kapitlu huwa dwar is-soċjolingwistika u hu maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti nitkellem dwar is-soċjolingwistika inġenerali, dwar xi fatturi li jaffettwawha bħas-sess, l-età u l-ġeografija u anki dwar is-soċjolingwiżmu f’Malta. Fit-tieni parti mbagħad nsemmi xi xogħlijiet li nkitbu fuq is-soċjolingwistika u fit-tielet parti nitkellem dwar il-metodoloġija li tintuża f’dan il-qasam. Nikkonkludi din il-parti billi niddeskrivi l-metodoliġija li użajt f’dan ix-xogħol. L-esperiment li għamilt jien jista’ jitqies bħala wieħed kwantitattiv minħabba l-fatt li jien studjajt biss individwi minn kull raħal bl-iskop li dawn jirrappreżentaw lil xi sajjieda ta’ dik l-età li jistadu bir-rixa f’dak ir-raħal partikolari. It-tielet kapitlu huwa dwar l-analiżi tal-intervisti u maqsum fi tliet partijiet ewlenin. Fl-ewwel parti nitkellem fuq l-istudju pilota u l-ħtieġa tiegħu. Fit-tieni parti nsemmi d-diffikultatijiet li ltqajt magħhom waqt it-tħejjija tal-intervisti u nanalizza l-intervisti individwalment però fl-istess ħin inqabbilhom flimkien biex b’hekk l-analiżi tkun waħda iżjed sħiħa. Fit-tielet parti mbagħad ninkludi tabella li fiha wieħed isib it-termini li użaw is-sajjied biex jiddeskrivu l-istampi li wrejthom. L-aħħar kapitlu mbagħad huwa dwar il-glossarju u hu maqsum f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti ngħid fil-qosor x’inhi l-ħtieġa tal-glossarju u nagħti deskrizzjoni tiegħu filwaqt li fit-tieni sezzjoni hemm il-glossarju nnifsu. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li fih hemm kopja tal-intervista li hi magħmula minn 15-il mistoqsija u 23 stampa. Ma’ dan ix-xogħol ninkludi wkoll CD li fiha hemm l-intervisti li għamilt mas-sajjieda.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectLinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Dictionariesen_GB
dc.subjectFisheries -- Terminology -- Malteseen_GB
dc.subjectFishing -- Terminology -- Malteseen_GB
dc.titleStudju dwar il-lessiku tas-sajd bir-rixaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/A-
dc.contributor.creatorCiappara, Daniel-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL014.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0141.97 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.